Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: Diversi santwarji tal-annimali jibbenefikaw minn fondi li nġabru waqt il-kunċert, A Night at the Palace

PR241600
Date Icon 04/10/2024

Propju fil-Jum Dinji tal-Annimali, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, qassmet il-fondi li nġabru waqt il-kunċert, A Night at the Palace, lil diversi santwarji tal-annimali. 

Waqt il-kunċert, li ttella’ nhar l-Erbgħa 11 ta’ Settembru, bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, inġabru donazzjonijiet b’risq is-santwarji tal-annimali.

Dr Abela sostniet li kien ta’ pjaċir li għal sena oħra tellgħu l-kunċert b’għan nobbli, A Night at the Palace, hekk kif permezz tiegħu setgħu jinġabru dawn id-donazzjonijiet li qed jitqassmu lil diversi santwarji tal-annimali. Hija rringrazzjat lill-ħaddiema kollha fis-santwarji tal-annimali għall-ħidma volontarja li jwettqu ta’ kuljum favur il-ħarsien tal-annimali. 

Hija fakkret lis-santwarji fl-inizjattiva li tnediet waqt A Night at the Palace, ‘Solar4dShelter’, fejn bl-għajnuna ta’ Bajada New Energy, is-santwarji tal-annimali se jkunu qed jingħataw pannelli solari b’xejn. Huma ġew imħeġġa japplikaw għal din l-inizjattiva, fejn apparti li se tgħinhom biex joperaw b’mod aktar sostenibbli, se ttaffi wkoll ftit mill-piż finanzjarju.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: Diversi santwarji tal-annimali jibbenefikaw minn fondi li nġabru waqt il-kunċert, A Night at the Palace
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: Diversi santwarji tal-annimali jibbenefikaw minn fondi li nġabru waqt il-kunċert, A Night at the Palace
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow