STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nieda konsultazzjoni pubblika għall-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali 2025–2035.
Konxju tal-ħtieġa kritika li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kumplessi li jirriżultaw mill-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-Gvern żviluppa din l-Istrateġija komprensiva li taspira li tpoġġi lil Malta fost il-pajjiżi tal-UE b'rati baxxi ta' faqar jew esklużjoni soċjali sal-2035. Għal dan il-għan ġew żviluppati għadd ta' miżuri biex jindirizzaw sfidi uniċi u jwasslu għal titjib fl-aċċess għas-servizzi essenzjali, tisħiħ tas-sistemi ta' appoġġ, u provvediment ta' għajnuna finanzjarja lill-aktar setturi żvantaġġati.
Permezz ta' kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), l-Istrateġija l-ġdida tuża approċċ ta' prospettiva strateġika biex tantiċipa l-isfidi futuri u tidentifika opportunitajiet emerġenti.
Waqt li indirizza lill-partijiet interessati ewlenin, il-Ministru Michael Falzon enfasizza li din l-istrateġija hija pass kruċjali biex jiġu indirizzati l-faqar u l-esklużjoni soċjali permezz ta' approċċ komprensiv, ħolistiku u mmirat lejn il-futur. L-istrateġija taspira lejn futur fejn il-koeżjoni tal-komunità, l-empowerment, is-solidarjetà u d-dinjità jkunu fil-qalba tal-benesseri soċjali ta' Malta, u tiżgura li kull ċittadin ikollu l-opportunità li jirnexxi.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu s-sottomissjonijiet tagħhom relatati mal-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali 2025–2035 sa mhux aktar tard mid-29 ta' Novembru 2024, billi jibagħtu email fuq info.pdiad.family@gov.mt. Sabiex jiġu inklużi wkoll il-vuċijiet, il-ħsibijiet u r-rakkomandazzjonijiet tat-tfal, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal qed jistieden lit-tfal kollha biex jissottomettu l-opinjonijiet tagħhom permezz tal-Empowering Children App fuq https://empoweringchildren.gov.mt/.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN