Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Anthony Michael Collins fil-kawża Il-Kummissjoni v Malta dwar iċ-Ċittadinanza b’Investiment (Kawża C-181/23)

pr241591
Date Icon 04/10/2024

Illum, l-Avukat Ġenerali Anthony Michael Collins ippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Il-Kummissjoni v Malta, dwar il-qafas leġiżlattiv nazzjonali dwar l-akkwist ta' ċittadinanza b'investiment.

Il-Gvern ta' Malta jilqa' l-opinjoni pożittiva tal-Avukat Ġenerali, li tirrakkomanda li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiċħad l-azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Gvern jinnota wkoll b'mod pożittiv, ir-rikonoxximent mill-Avukat Ġenerali ta' diversi argumenti ewlenin imressqa minn Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Dan filwaqt li ser ikompli bl-analiżi dettaljata tiegħu tal-Opinjoni biex jiżgura fehim komprensiv tal-implikazzjonijiet potenzjali tagħha.

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-opinjonijiet tal-Avukat Ġenerali huma konsultattivi u ma jorbtux legalment lill-Qorti tal-Ġustizzja. L-Avukati Ġenerali jipprovdu soluzzjonijiet legali indipendenti għall-każijiet li jittrattaw, u l-opinjonijiet tagħhom iservu bħala rakkomandazzjonijiet lill-Qorti.

F'dan ir-rigward, il-Gvern issa qed jistenna l-verdett finali li għandu jingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja f'data aktar 'il quddiem.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, u x-Xogħol, Byron Camilleri, esprima sodisfazzjon għall-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Collins, li tirrifletti l-istess argumenti jew argumenti simili li Malta għamlet fl-aħħar snin. Dan wara sforzi sostnuti biex jiġi żgurat li ċ-ċittadinanza tibqa' fil-kompetenza nazzjonali tal-Istati Membri. Filwaqt li nistennew is-sentenza finali, dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba. Ser inkomplu naħdmu fl-aħjar interess ta' pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow