Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex jospita t-52 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR)

pr241585
Date Icon 03/10/2024

Matul din il-ġimgħa, f'Għawdex qed tinżamm il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR). Matul din il-laqgħa, madwar 250 delegat jinsabu f'Għawdex biex jipparteċipaw f'bosta sezzjonijiet b'temi varji fuq l-aġenda.

Waqt l-indirizz tiegħu, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, filwaqt li laqa' lid-delegati, saħaq dwar l-importanza u l-piż li laqgħat bħal dawn iġorru biex ir-reġjuni li jinsabu fil-periferija, u għaldaqstant għandhom ħtiġijiet u sfidi partikolari, isemmgħu leħinhom b'mod kollettiv quddiem l-istituzzjonijiet Ewropej.

“Biex niżguraw li l-Unjoni Ewropea tasal għand iċ-ċittadini tagħha, irid ikollna politika koerenti u qafas finanzjarju li jsaħħaħ is-suq uniku tal-UE. L-UE għandha ssostni il-qafas ekonomiku, u għalhekk r-reġjuni kollha għandhom ikollhom aċċess għal mezzi biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom b'mod sostenibbli. Il-promozzjoni u l-aċċess ta' mezzi u ta' strumenti finanzjarji madwar l-Ewropa hija essenzjali biex kull reġjun ikompli jipprospetta u jkun suċċess," qal il-Ministru Camilleri.

Imwaqqfa fl-1973, is-CPMR għandha l-għan li tirrappreżenta u tippromwovi l-interessi partikolari tal-membri tagħha fil-kuntest Ewropew. Hija ffurmata minn aktar minn 150 reġjun jew gżira fil-periferija tal-Ewropa u tirrappreżenta aktar minn 200 miljun ċittadin. Is-CPMR tikkollabora b'mod regolari ma' istituzzjonijiet Ewropej fejn tikkontribwixxi b'mod sħiħ f'materji ta' rilevanza għall-gżejjer u għar-reġjuni fil-periferija tal-Ewropa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex jospita t-52 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR)
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex jospita t-52 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR)
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għawdex jospita t-52 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi (CPMR)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow