STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat l-Independent Living Hub ta’ FITA – Tkompli tissaħħaħ l-inklużività diġitali għall-persuni b’diżabilità
Illum ġiet inawgurata l-Independent Living Hub tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (FITA), li timmarka pass importanti biex tissaħħaħ l-inklużjoni diġitali għall-persuni b'diżabilità. Dan il-proġett huwa l-frott ta' kollaborazzjonijiet permezz ta' MOU ffirmat mal-Università ta' Swansea, il-Malta-Wales Initiative, fornituri lokali u internazzjonali, l-Association for Active Ageing, u Aġenzija Support.
L-Independent Living Hub, se jipprovdi lill-persuni b'diżabilità aċċess għal teknoloġija essenzjali u appoġġ, li jippermettilhom jgħixu ħajja aktar indipendenti. Dan il-hub huwa xhieda tat-tisħiħ tal-inklużjoni diġitali f'Malta u l-ħtieġa għal soluzzjonijiet prattiċi u aċċessibbli għal dawk li jiffaċċjaw sfidi fid-dinja diġitali. Din l-inizjattiva tkompli tikkonferma wkoll l-impenn kontinwu tal-gvern li jsaħħaħ il-parteċipazzjoni sħiħa taċ-ċittadini kollha fl-era diġitali.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, enfasizza l-importanza tal-investiment tal-gvern f'dan is-settur. “Fi żmien sentejn u nofs biss, żidna l-allokazzjoni tal-budget tal-FITA minn €600,000 għal €1.5 miljun. Din iż-żieda mingħajr preċedent tippermettilna li nkomplu nwessgħu l-firxa wiesgħa u l-impatt tat-teknoloġiji assisstivi, billi niżguraw li persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti," saħaq is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.
Min-naħa tiegħu, Carlo Stivala, Kap Eżekuttiv ta' FITA, qal, “Il-ftuħ tal-Independent Living Hub jirrifletti l-impenn ta' FITA biex tgħin lill-persuni b'diżabilità jgħixu ħajja aktar indipendenti permezz tat-teknoloġija. Il-vjaġġ tagħna lejn inklużività diġitali huwa mmexxi mill-viżjoni li nħallu lil ħadd barra, u dan il-hub se jkun strumentali biex naraw din il-viżjoni ssir realtà."
Din l-inawgurazzjoni tirrappreżenta pass ieħor fil-missjoni ta' FITA biex tippromwovi aċċess ugwali għall-opportunitajiet diġitali għal kulħadd, billi tiżgura li t-teknoloġija tkun pont għall-indipendenza, impjieg u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà għal dawk li l-aktar li jeħtieġuha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN