Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR L-avventura ‘Pop in the City’ għall-ewwel darba f’Għawdex

pr241522
Date Icon 26/09/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, ħabbar kif matul tmiem il-ġimgħa li ġej, madwar 450 parteċipant internazzjonali ser jattendu għall-ewwel edizzjoni ta' 'Pop in the City' f'Għawdex.

“L-istrateġija li qed jadotta l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar permezz tad-Direttotrat tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku, qiegħed kulma jmur tkompli tagħtina riżultati inkoraġġanti, hekk kif Għawdex mhux biss qed jattira aktar turisti, iżda qed naraw interess partikolari minn niċeċ turistiċi ġodda li jippromwovu turiżmu ta' kwalità," qal il-Ministru Camilleri.

“Permezz tal-inizjattiva 'Pop in the City', turisti li l-maġġoranza tagħhom ġejjin mis-suq Franċiż ser ikunu Għawdex biex jesperjenzaw il-kultura, l-arti, l-isport u l-ġmiel naturali li toffri gżiritna. Turiżmu bħal dan hu essenzjali għaliex ikompli jippreżenta lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta," sostna l Ministru Camilleri.

Is-Sur Carlo Micallef, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qal li Għawdex joffri esperjenza unika fejn it-turist jiġi bħala viżitatur u jitlaq bħal ambaxxatur tad-destinazzjoni.

Tkellmu wkoll is-Sur Claude Zammit Trevisan, Direttur fi ħdan l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, responsabbli mis-suq Franċiż kif ukoll is-Sinjura Julie Gabelle, waħda mill-organizzaturi ta' 'Pop in the City' f'Għawdex.

'Pop in the City' hija avventura urbana li tipikament isseħħ fi bliet madwar l-Ewropa. Dan jinvolvi timijiet ta' tnejn li jtemmu diversi sfidi biex jiskopru d-destinazzjoni b'mod uniku u divertenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR L-avventura ‘Pop in the City’ għall-ewwel darba f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR L-avventura ‘Pop in the City’ għall-ewwel darba f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR L-avventura ‘Pop in the City’ għall-ewwel darba f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow