Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tlaqqa’ konferenza dwar il-protezzjoni tat-tfal

pr241511
Date Icon 25/09/2024

Malta qed tospita konferenza mifruxa fuq tlett ijiem u li tirrigwardja l-protezzjoni tat-tfal u l-liġi tal-familja, u d-differenzi li hemm bejn numru kbir ta' pajjiżi, ġejjin minn kontinenti differenti.

Din fil-fatt hija l-ħames darba li l-Gvern Malti qed jorganizza din il-konferenza internazzjonali, sabiex jippromwovi l-kooperazzjoni legali, isaħħaħ riżoluzzjonijiet li jinvolvu kunflitti ta' familji ġejjin minn pajjiżi differenti, sitwazzjonijiet ta' ħtif ta' tfal u manteniment, fost oħrajn.

Ħadet ħsieb l-organizzazzjoni ta' din il-konferenza, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (SCSA), fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard.

Il-Ministru Michael Falzon tkellem dwar ix-xogħol kbir illi qed twettaq l-Awtorità Ċentrali fi ħdan l-SCSA. Dan speċjalment f'każijiet li jinvolvu pajjiżi differenti dwar kwistjonijiet ta' manteniment, aċċess, fostering, adozzjonijiet u ħtif ta' tfal.

Il-Ministru Michael Falzon qal li matul is-sena 2023, din l-Awtorità ħadmet ma' 18-il każ li jinvolvu manteniment, bil-maġġoranza tal-każijiet jinkludu talbiet minn pajjiżi oħra sabiex jitħallas manteniment minn ġenitur Malti lil ġenitur ieħor li qed jgħix barra 'l pajjiż. Matul l-istess sena, l-Awtorità ħadmet ukoll ma' 7 każijiet ta' ħtif ta' tfal, b'6 minnhom jaraw lil ġenitur minnhom jitlaq minn Malta bit-tfal, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Għaldaqstant hawn jidħol l-irwol tal-Awtorità Ċentrali Maltija, sabiex iġġib lura lit-tifel jew tifla, u tikkoopera ma' pajjiżi oħra speċjalment fejn tidħol loġistika u legalità.

Il-Ministru Michael Falzon temm jgħid li l-Gvern kommess li jkompli l-ħidma favur il-protezzjoni tat-tfal, u jkompli jsaħħaħ mhux biss il-qafas politiku lokali, iżda anke r-relazzjoni ma' pajjiżi oħra, li ħafna drabi jħaddnu valuri, ħsibijiet u reliġjonijiet, illi jvarjaw minn dawk ta' Malta.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Jonathan Attard tkellem dwar l-importanza tal-konvenzjonijiet internazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-ġenituri, u saħaq fuq il-ħtieġa li l-proċeduri legali għandhom dejjem jagħtu prijorità l-aħjar interessi tat-tfal.

Il-Ministru Attard tkellem fuq il-kuntest lokali u l-ħtieġa ta' riforma fis-sistema tal-liġi tal-familja f'Malta, li ilha nieqsa minn tibdil sinifikanti għal dawn l-aħħar 22 sena. Huwa rrefera għall-konsultazzjoni pubblika li se tkun varata fil-jiem li ġejjin, li se tkun qed tressaq 'il quddiem riforma msejsa fuq esperjenzi personali ta' familji li ġarrbu sitwazzjonijiet familjari u disputi quddiem il-Qorti tal-Familja.

“Dawn ir-riformi huma intiżi li jwasslu għal bidliet li jagħmlu differenza reali fil-ħajja tal-familji. L-għan huwa li nipprovdu soluzzjonijiet fil-ħin u b'kompassjoni, u li dawn ikunu jirriflettu l-impenn ta' Malta li tipproteġi d-drittijiet tat-tfal," stqarr il-Ministru Attard.

Il-Kap Eżekuttiv tal-SCSA, Ruth Rose Sciberras, saħqet li din il-konferenza tirrappreżenta opportunità sinifikanti biex jissaħħu r-relazzjonijiet u jitrawwem id-djalogu fost diversi tradizzjonijiet legali. “Dan l-avveniment jirrappreżenta pass essenzjali lejn it-titjib tal-fehim reċiproku u l-kooperazzjoni fis-sistemi legali tagħna billi jinbnew pontijiet bejn il-Liġi Ċivili, Komuni, u tax-Sharia, titjib fil-fehim kollettiv tagħna u l-kollaborazzjoni għall-futur," saħqet is-Sa Sciberras.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tlaqqa’ konferenza dwar il-protezzjoni tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tlaqqa’ konferenza dwar il-protezzjoni tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tlaqqa’ konferenza dwar il-protezzjoni tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tlaqqa’ konferenza dwar il-protezzjoni tat-tfal
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow