Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Ġugarelli slime rtirati mis-suq

PR241506
Date Icon 25/09/2024

L-MCCAA tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli ta' tliet ġurgarelli slime, identifikati bid-dettalji li ġejjin:

  1. Unicorn Slime (Numru tal-Mudell: 13260, Kodiċi tal-Bar: 5905323214620) – irreferi għar-ritratt 1
  2. Putty Slime (Numru tal-Mudell: 13261, Kodiċi tal-Bar: 5905323214637) – irreferi għar-ritratt 2
  3. Slime Crystal (Numru tal-Mudell: CC10134, Kodiċi tal-Bar: 5356918101342) – irreferi għar-ritratt 3

Dawn il-prodotti qed jiġu rritornati mis-suq għax ma jikkonformawx mad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Ġugarelli u l-istandards Ewropej applikabbli. Testijiet tal-laboratorju irriżultaw li l-ġugarelli fihom livell għoli ta' boron, kimika li, f'ammonti eċċessivi, tista' toħloq riskji serji għas-saħħa tat-tfal. Il-konsum jew kuntatt fit-tul ma' din il-kimika jista' jwassal għal problemi serji għas-saħħa, inklużi ħsara fis-sistema riproduttiva. Dawn it-testijiet kienu parti minn proġett tal-Kummissjoni Ewropea msejjaħ CASP (Attivitajiet Ikkordinati fuq is-Sigurtà tal-Prodotti) fejn kull Stat Membru parteċipant, inkluż Malta, ttestja ġugarelli slime għall-preżenza ta' kimiċi perikolużi.

Bħala riżultat, l-MCCAA ħadet il-proċeduri meħtieġa biex tiżgura li dawn il-prodotti jitneħħew mis-suq lokali b'effett immedjat. Il-konsumaturi li xtraw xi wieħed mill-prodotti msemmija hawn fuq għandhom jevitaw l-użu tagħhom u, fejn possibbli, jirritornawhom għand tal-ħanut minn fejn xtrawhom. Il-bejjiegħa huma obbligati li jipprovdu rimedju lill-konsumaturi, jew billi jibdlu l-prodott li mhux konformi ma' prodott ieħor  simili, jew jekk il-bdil mhux possibbli, joffru rifużjoni sħiħa tal-ammont imħallas.

Il-konsumaturi huma mfakkra biex jiċċekkjaw il-pjattaforma tas-Safety Gate li tinsab fil-link li ġej https://ec.europa.eu/safety-gate-alerts/screen/webReport qabel ma jixtru prodotti, f'każ li l-prodott li beħsiebhom jixtru jkun wieħed irtirat.

F'każ ta' mistoqsijiet relatati mal-prodotti li qed jiġu rtirati mis-suq, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

F'każ ta' mistoqsijiet relatati mar-rimedji tal-prodotti rtirati mis-suq, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fuq consumer.rights@mccaa.org.mt.

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Ġugarelli slime rtirati mis-suq
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Ġugarelli slime rtirati mis-suq
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Ġugarelli slime rtirati mis-suq
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Ġugarelli slime rtirati mis-suq
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Ġugarelli slime rtirati mis-suq
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Ġugarelli slime rtirati mis-suq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow