Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tittella’ l-konferenza “We Need Youth” mill-Aġenzija Żgħażagħ – Inizjattiva favur l-iżvilupp u l-benesseri taż-żgħażagħ Maltin

pr241504
Date Icon 24/09/2024

Aġenzija Żgħażagħ illum tellgħet il-konferenza annwali “We Need Youth” li ġabret flimkien stakeholders ewlenin fil-qasam taż-żgħażagħ. Il-konferenza serviet ta’ pjattaforma għall-iskambju ta’ għarfien, diskussjonijiet strateġiċi, u identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet konkreti biex jitjieb is-servizz li jingħata liż-żgħażagħ f’Malta, filwaqt li ngħata rendikont ukoll tal-ħidma pożittiva u importanti li twettaq Aġenzija Żgħażagħ.

Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti. 

Il-konferenza ffukat fuq żewġ dimensjonijiet prinċipali: ir-riċerka u l-prattika. Matul il-konferenza, il-parteċipanti ddiskutew l-iżvilupp tal-Indiċi Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li ser jipprovdi ħarsa komprensiva lejn l-istat preżenti tal-ħajja taż-żgħażagħ f’Malta u jservi bħala għodda ewlenija għall-evalwazzjoni u t-titjib tas-servizzi għaż-żgħażagħ.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti faħħar l-inizjattiva sabiex tittella’ din il-konferenza importanti. “L-edukazzjoni u l-iżvilupp taż-żgħażagħ għandhom jiġu attrezzati b’riċerka soda u prattika effettiva. Waqt din il-konferenza għandna l-opportunità li niddiskutu mhux biss fuq is-suċċessi li diġà ksibna, iżda wkoll sabiex nidentifikaw modi konkreti biex intejbu aktar is-servizzi tagħna għaż-żgħażagħ. L-Indiċi Nazzjonali taż-Żgħażagħ mhux biss ser jgħinna nkejlu l-progress, iżda se jgħinna wkoll niffokaw fuq il-bżonnijiet u l-opportunitajiet reali li għandhom quddiemhom,” saħaq is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti. 

Min-naħa tagħha, Miriam Theuma, Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ, qalet, “Iż-żgħażagħ huma ċ-ċentru tal-komunitajiet tagħna, u sabiex verament nappoġġjawhom, se nkomplu ninvolvu ruħna aktar fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Din il-konferenza toffri l-ispazju meħtieġ biex nifhmu aħjar l-isfidi u l-ambizzjonijiet taż-żgħażagħ. Flimkien, nistgħu noħolqu opportunitajiet biex inkomplu nsaħħu l-benesseri u l-iżvilupp tagħhom b’mod sostenibbli.”

Il-konferenza kellha l-għan ukoll li żżid il-kollaborazzjoni bejn diversi organizzazzjonijiet u aġenziji governattivi fejn ġew diskussi l-isfidi komuni li jiffaċċjaw fl-għoti tas-servizzi, sabiex ikomplu jtejbu l-effettività tagħhom u jgħinu liż-żgħażagħ biex jirnexxu. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, Aġenzija Żgħażagħ qed tkompli tkun ta’ pilastru fis-servizzi għaż-żgħażagħ, u tappoġġja l-iżvilupp tagħhom permezz ta’ inizjattivi innovattivi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tittella’ l-konferenza “We Need Youth” mill-Aġenzija Żgħażagħ – Inizjattiva favur l-iżvilupp u l-benesseri taż-żgħażagħ Maltin
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tittella’ l-konferenza “We Need Youth” mill-Aġenzija Żgħażagħ – Inizjattiva favur l-iżvilupp u l-benesseri taż-żgħażagħ Maltin
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tittella’ l-konferenza “We Need Youth” mill-Aġenzija Żgħażagħ – Inizjattiva favur l-iżvilupp u l-benesseri taż-żgħażagħ Maltin
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tittella’ l-konferenza “We Need Youth” mill-Aġenzija Żgħażagħ – Inizjattiva favur l-iżvilupp u l-benesseri taż-żgħażagħ Maltin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow