Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-marka ‘Visit Gozo’ b’dehra aktar moderna

pr241503
Date Icon 24/09/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, nieda dehra aktar moderna tal-marka ‘Visit Gozo’ – marka li issa saret sinonima ma’ Għawdex.

Il-Ministru Camilleri qal li fl-isfond ta’ industrija turistika dinamika, il-fatt li d-destinazzjoni jkollha marka pertinenti, twassal sabiex ikun hemm aktar għarfien u promozzjoni diretta sabiex tispira turisti jiġu f’Għawdex, mhux biss għal żjara, iżda għal esperjenza.  

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar qal li skont l-aħħar statistika disponibbli, l-ewwel kwart ta’ din is-sena pproduċa l-aktar rendiment b’saħħtu meta mqabbel ma’ snin preċedenti, fejn tidħol reċipjenza turistika internazzjonali li qattgħu xi ljieli f’Għawdex. Din is-sena wkoll, Għawdex ra żieda ta’ 24% fl-ewwel sitt xhur tas-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Hawnhekk wieħed jista’ jikkonferma x-xogħol siewi li qed isir sabiex Għawdex ikompli jiġi ppreżentat bħala destinazzjoni ta’ matul is-sena kollha. 

“L-importanza tal-marka ‘Visit Gozo’ hija fil-fatt li tagħmel lil Għawdex destinazzjoni magħrufa fuq livell internazzjonali, fejn in-natura, il-kultura, u l-istorja jingħaqdu biex joħolqu esperjenza distinta għal kull turist” ikkonkluda l-Ministru Camilleri. 

Is-Sur Ronald Sultana, Direttur responsabbli mit-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru ta spjegazzjoni dettaljata tar-rebranding tal-marka ‘Visit Gozo’ u s-sit elettroniku ġdid abbinat ma’ din l-istess marka. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-marka ‘Visit Gozo’ b’dehra aktar moderna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-marka ‘Visit Gozo’ b’dehra aktar moderna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-marka ‘Visit Gozo’ b’dehra aktar moderna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-marka ‘Visit Gozo’ b’dehra aktar moderna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow