Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr241502
Date Icon 24/09/2024

L-istqarrija mill-MAM dwar il-pjanijiet għal outpatient block ġdida u sptar psikjatriku akut hija selettiva fl-ispjegazzjoni u intenzjonalment tħalli barra numru ta’ dettalji sostanzjali li jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-gvern dwar infrastruttura relatata mas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna.

Il-pjanijiet imsemmija ġew żviluppati fi żmien fejn il-gvern ma kellux f’idu la l-operat tal-Isptar San Luqa u lanqas l-Isptar Karen Grech. Il-viżjoni tal-gvern hija li dawn il-binjiet jiġu rriġenerati u integrati mill-ġdid fis-sistema tas-saħħa tal-pajjiż.

Fil-fatt, diġà hemm ħidma avvanzata favur dan.

Il-MAM hija konxja ta’ dan u allura ma tistax fuq naħa tikkritika li ma qed isir xejn b’dawn il-binjiet importanti u fl-istess waqt ixxekkel ħidma li se twassal biex dawn l-isptarijiet jibdew jaqdu funzjonijiet importanti fis-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna.

Billi juża l-binijiet imsemmija, il-gvern se jkun qed jevita wkoll milli jelimina s-servizz tal-helipad fl-Isptar Mater Dei għal emerġenzi mill-Isptar Generali t’Għawdex, hekk kif il-pjanijiet imsemmija mill-MAM kienu se jkunu qed jieħdu post dan l-istess helipad.

Il-ministeru jfakkar li filwaqt li l-irwol ewlieni tal-MAM huwa li taħdem favur il-membri tagħha fil-qasam tas-saħħa u d-drittjiet li jistgħu jaffettwawhom, dan ma jinkludix li tkun arbitru f'deċiżjonijiet li jirrigwardjaw strateġija maniġerjali u proġetti infrastrutturali importanti fl-istess qasam. Dan filwaqt li jtemm jappella biex il-MAM tkompli bid-diskussjonijiet ta’ rieda tajba mal-gvern u li jkomplu ma’ laqgħa li saret ftit tal-jiem ilu f’dan ir-rigward.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow