Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-tieni laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-MED9 f’Ċipru tkompli tibni fuq l-impenn meħud f’Malta s-sena li għaddiet

PR241500
Date Icon 24/09/2024

Malta tkompli ssaħħaħ l-impenn tagħha lejn enerġija nadifa fil-Mediterran

L-impenn ta' Malta biex il-Mediterran isir ċentru ta' enerġija nadifa qed ikompli jissaħħaħ. Dan l-impenn kien affermat mill-ġdid waqt laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-MED9 li saret f'Ċipru.

Dak li beda f'Malta, is-sena l-oħra waqt l-ewwel laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-MED9, issa sar element ewlieni għal kollaborazzjoni reġjonali fuq proġetti ta' enerġija rinnovabbli, interkonnessjonijiet, u teknoloġiji nodfa u innovattivi.

Wara dak li ġie maqbul f'Malta s-sena li għaddiet, il-laqgħa ta' din is-sena f'Ċipru iffukat fuq l-avvanz ta' inizjattivi ta' enerġija nadifa li jkopru l-Mediterran. Dan ir-reġjun qed isir kruċjali għal din it-tranżizzjoni fl-Ewropa, u pajjiżna jinsab fil-qalba tagħha, qalet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli.

Malta qed tagħmel avvanzi importanti fl-infrastruttura tal-enerġija billi saħħaħ l-interkonnessjonijiet u l-kapaċità ta' enerġija rinnovabbli. Il-proġett tat-tieni interconnector se jsaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija ta' Malta u jimmaniġġja ż-żieda fid-domanda filwaqt li jappoġġja t-tkabbir ekonomiku.

“F'pajjiżna qed nimmodernizzaw n-network tal-elettriku u ninvestu f'ħażna ta' enerġija rinnovabbli. Sistema ta' ħażna tal-enerġija ta' 40 MW, li hija ekwivalenti għal 5% tal-kapaċità tal-elettriku tal-pajjiż mistennija tħaffef aktar il-pass lejn enerġija nadifa," spjegat il-Ministru.

Malta qed tagħmel ukoll progress sostanzjali fl-enerġija rinnovabbli offshore b'politiki ġodda għal proġetti ta' enerġija mir-riħ fuq il-baħar. Il-gvern qed jagħmel numru ta' studji u qed jikkollabora ma' awtoritajiet differenti biex ikun jista' jniedi l-ewwel proġett ta' dan it-tip fil-Mediterran. Dan kollu jista' jwassal biex Malta tkun minn ta' quddiem fit-tranżizzjoni lejn teknoloġiji li huma innovattivi u aktar nodfa.

Waqt is-summit, il-Ministru Dalli qalet, “Dak li bdejna f'Malta s-sena li għaddiet qed iħalli l-frott. Il-viżjoni tagħna biex il-Meditteran isir ċentru ta' enerġija nadifa qed issir realtà. Qed naħdmu mill-qrib mal-pajjiżi Mediterranji biex noħolqu konnessjonijiet b'saħħithom, insaħħu r-reżiljenza tan-network, u nvaraw proġetti li jgħinu biex niddekabronizzaw dan ir-reġjun."

Il-Ministru enfasizzat ukoll il-ħtieġa għal appoġġ koordinat mill-UE biex il-potenzjal sħiħ tal-Mediterran bħala hub ta' enerġija rinnovabbli jsir realtà. “Jeħtieġ li nħeġġu s-settur privat u jkun hemm fondi tal-UE li jgħinu nibdlu l-Mediterran f'ċentru ewlieni ta' enerġija nadifa," żiedet tgħid il-Ministru Dalli.

Il-pjattaforma MED9 tibqa' mekkaniżmu importanti biex il-pajjiżi Mediterranji jaqsmu r-riżorsi u l-għarfien tagħhom fil-konfront tal-isfidi tekniċi, politiċi, u ekonomiċi fit-tranżizzjoni għal enerġija nadifa. Il-MED9 jinkludi lil Franza, l-Italja, Spanja, il-Portugal, il-Greċja, Ċipru, Malta, il-Kroazja, u s-Slovenja, li jaħdmu flimkien biex jindirizzaw sfidi reġjonali fil-Mediterran.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-tieni laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-MED9 f’Ċipru tkompli tibni fuq l-impenn meħud f’Malta s-sena li għaddiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-tieni laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-MED9 f’Ċipru tkompli tibni fuq l-impenn meħud f’Malta s-sena li għaddiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-tieni laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-MED9 f’Ċipru tkompli tibni fuq l-impenn meħud f’Malta s-sena li għaddiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-tieni laqgħa tal-Ministri tal-Enerġija tal-MED9 f’Ċipru tkompli tibni fuq l-impenn meħud f’Malta s-sena li għaddiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow