Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titjib fil-konnettività bejn Malta u Għawdex matul is-sena kollha permezz tas-servizz tal-Gozo Fast Ferry

PR241499
Date Icon 24/09/2024

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, ħabbru tisħiħ fis-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex li se jissarraf f'aktar vjaġġi frekwenti fost oħrajn. Mill-1 ta' Ottubru, l-iskeda tal-fast ferry eżistenti ser tiġi estiża tul is-sena kollha.

Fil-fatt, wara diskussjonijiet mal-operaturi tas-servizz, il-gvern se jkun qed jinvesti €1.3 miljun sabiex l-iskeda tal-vjaġġi tkun fissa u ma tinbidilx minn perjodu għal ieħor kif ukoll biex jiżdiedu t-traġitti bejn il-Port il-Kbir fil-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr f'Għawdex.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, stqarr li tliet snin wara li l-gvern implimenta l-wiegħda tiegħu u introduċa dan is-servizz issa kompla jistinka sabiex itejbu. Il-Ministru tenna r-rieda tiegħu sabiex jiġi sfruttat bl-aqwa mezz it-trasport bil-baħar.

“Kif kelli ċ-ċans nitkellem f'intervista riċenti, nemmen li l-baħar huwa mezz tat-trasport li mhuwiex utilizzat biżżejjed f'dawn il-gżejjer. Għalhekk bħala gvern qegħdin nindirizzaw din in-niċċa bil-għan illi tkun prijorità ewlenija fl-Istrateġija usa' tal-Gvern għat-trasport u l-mobbiltà."

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, qal li sa minn meta ġie introdott dan is-servizz, lura fit-tieni kwart tas-sena 2021, tali servizz esperjenza tkabbir fl-ammont ta' klijenti li jużaw il-fast ferry biex jaqsmu minn Għawdex lejn il-Belt Valletta u lura b'mod effiċjenti u sigur.

“Fil-fatt, fl-ewwel sena tal-operat, il-fast ferry ġarr madwar 365,000 passiġġier. Matul l-2023, dan l-ammont tela' għal 693,000 filwaqt li fl-ewwel 6 xhur ta' din is-sena, s-servizz diġà ġie utilizzat minn aktar minn 409,000 persuna. Dan kollu jikkonferma kemm dan is-servizz, li kien hawn min kien xettiku minnu u kkritika l-operat tiegħu, hu mfittex, u dan għal raġunijiet ovji," sostna l-Ministru Camilleri.

L-operaturi ta' Gozo Highspeed LTD saħqu illi jilqgħu din l-inizjattiva mill-gvern li ser tkun qed tipprovdi għall-ħtiġijiet tal-Maltin, Għawdxin u turisti. “Bħala l-operaturi tal-Fast Ferry irċevejna rispons pożittiv ħafna dwar is-servizz u ninsabu ċerti li din l-inizjattiva se tiggarantixxi servizz saħansitra aktar effiċjenti lill-klijenti kollha tagħna."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titjib fil-konnettività bejn Malta u Għawdex matul is-sena kollha permezz tas-servizz tal-Gozo Fast Ferry
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titjib fil-konnettività bejn Malta u Għawdex matul is-sena kollha permezz tas-servizz tal-Gozo Fast Ferry
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow