Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Il-Gvern ser isaħħaħ il-liġijiet fejn tidħol vjolenza fuq pulizija u uffiċjali pubbliċi

PR241495
Date Icon 23/09/2024

Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa maż-żewġ kuntistabbli li ġew aggrediti fil-Ħamrun

F’laqgħa li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri kellu maż-żewġ kuntistabbli, Clive Mallia u Aidan Demicoli, li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd sfaw aggrediti fil-Ħamrun, tenna l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ il-liġijiet fejn tidħol vjolenza fuq pulizija u uffiċjali pubbliċi.

Dan bl-għan li mhux biss il-forzi tal-ordni jiġu dejjem aktar rispettati waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, iżda anke biex ikomplu jiġu msaħħa d-drittijiet tagħhom. Drittijiet li l-Gvern għandu għal qalbu u tant investa fihom. Dan apparti li l-Gvern kompla jinvesti fil-kundizzjonijiet u t-taħriġ, kif ukoll fit-tagħmir li l-forzi tal-ordni jużaw ta’ kuljum.

Il-Ministru Byron Camilleri, akkumpanjat mid-Deputat Kummissarju Kenneth Haber u mid-Deputat Kummissarju Sandro Gatt, sostna li l-Gvern se jibqa’ jkun ta’ appoġġ għalihom u għall-uffiċjali kollha tal-Pulizija.

Huwa kkundanna għal darb’oħra aġir bħal dan u appella għal aktar rispett lejn il-forzi tal-ordni, b’dan għandu jkun ukoll rifless fid-deċiżjonijiet tal-Qorti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Il-Gvern ser isaħħaħ il-liġijiet fejn tidħol vjolenza fuq pulizija u uffiċjali pubbliċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow