Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

PR241494
Date Icon 23/09/2024

Il-Gvern, permezz ta’ tliet ministri, iltaqa’ mal-familja ta’ Nicolette Ghirxi u d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin b’mod kunfidenzjali b’rispett lejn l-inkjesti li jinsabu għaddejja fuq dan il-każ u fuq kollox b’rispett lejn l-istess vittma u l-qraba tagħha. Il-Prim Ministru wkoll għandu laqgħa skedata mal-familja. Il-Gvern ifakkar, li apparti l-inkjesta maġisterjali dwar id-delitt ta’ Nicolette Ghirxi, hemm għaddejja inkjesta mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija, presedut mill-Imħallef Geoffrey Valenzia, u separatament inħatret inkjesta indipendenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Lawrence Quintano.

Huwa deplorabbli li każ traġiku ta’ dan it-tip jispiċċa mdawwar f’ballun politiku. Fl-istess waqt il-Gvern jirriafferma l-impenn tiegħu li jkompli jinvesti u jwettaq riformi ntiżi li jipproteġu lill-vittmi. Minkejja li sar ħafna fl-aħħar żmien, anke bl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallef Emeritu Geoffrey Valenzia dwar inkjesta fuq femiċidju li seħħ sentejn ilu, il-Gvern jibqa’ kommess u impenjat b’mod b’saħħtu li jkompli jġib aktar bidliet. Dan biex jibqa’ jindirizza kemm jista’ jkun possibbli sitwazzjonijiet li jevolvu marbuta mar-realtà tal-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow