Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA

pr241484
Date Icon 20/09/2024

Iż-żagħżugħ Jake Vella nnominat għal Ġieħ ir-Repubblika minn mart il-Prim Ministru

Dr Lydia Abela se tkun qed tinnonima liż-żagħżugħ maħbub Jake Vella għal Ġieħ ir-Republikka bħala rikonoxximent nazzjonali għall-impatt pożittiv li ħalla fuq is-soċjetà Maltija bil-kuraġġ u l-enerġija tiegħu.

Lydia Abela tat din l-aħbar fir-residenza tal-ġenituri ta' Jake f'Birżebbuġa u wara li tkellmet mal-istess ġenituri.

Jake Vella serva ta' ispirazzjoni għal pajjiż kollu. Ma ħalliex marda rari tostakola l-aspirazzjonijiet tiegħu bħala atleta, attivist għad-drittijiet tal-annimali u dilettant tal-mużika. Dan huwa legat li jrid jkompli jgħix.

Lydia Abela se tressaq 'il quddiem din in-nomina wara li tkellmet mal-ġenituri ta' Jake, Maruska u Josie.

Dr Abela fissret lil Jake bħala altruwist straordinarju li, minkejja l-isfidi personali li ffaċċja, dejjem ra kif jagħmel biex iferraħ lil ħaddiehor, speċjalment lil dawk li m'għandhomx vuċi. Ittrażmetta l-imħabba u ġab lin-nies flimkien.

“Jake huwa meqjus bħala eroj. Għex it-tbatija, iżda kellu passjoni favur il-ħajja. Huwa eżempju għalina lkoll ta' kif m'għandek taqta qalbek qatt," qalet mart il-Prim Ministru.

Dr Abela temmet tgħid li dan iż-żagħżugħ intelliġenti rebaħ il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin bit-tbissima unika u għajnejn jixgħelu bil-ferħ, u għalhekk m'hemmx dubju li l-poplu huwa maqgħud wara din in-nomina għal rikonoxximent ta' Ġieħ ir-Repubblika.

Il-ġenituri ta' Jake laqgħu din l-aħbar b'emozzjoni u rringrazzjaw lil mart il-Prim Ministru għal dan il-ġest. Esprimew ukoll l-apprezzament tagħhom għall-mod kif mijiet kbar ta' nies qed jagħżlu li jkunu xhieda tal-influwenza pożittiva li ħalla Jake fil-ħajja tagħhom. 

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow