Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Titnaddaf il-bajja tat-Torri l-Abjad għall-Jum Internazzjonali għat-Tindif

pr241480
Date Icon 20/09/2024

Attività ta' tindif fil-bajja tat-Torri l-Abjad kienet parti mill-inizjattiva 'Islands Cleanup', organizzata mill-kampanja Saving Our Blue, Project Green u Clean Malta. Aktar minn 60 voluntier, minn entitajiet governattivi, NGOs u kumpaniji privati, ħadu sehem f'din il-cleanup.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield, żaru l-voluntiera li kienu għaddejjin bit-tindif fil-bajja ta' ħdejn it-Torri l-Abjad.

L-iskop ewlieni ta' din l-inizjattiva huwa li tkompli tqajjem għarfien dwar l-importanza tal-indafa pubblika u tibgħat messaġġ b'saħħtu kontra r-rimi illegali. Din l-attività tħeġġeġ aktar entitajiet governattivi, organizzazzjonijiet volontarji u kumpaniji privati biex jingħaqdu fl-isforz nazzjonali li jippromwovi ambjent aktar nadif.

“Il-ħarsien tal-ambjent huwa responsabbiltà ta' kull wieħed u waħda minna. Inizjattivi bħal din tal-lum mhumiex biss dwar tindif fiżiku imma dwar il-bidla fil-mentalità – messaġġ ċar li l-ħarsien tal-pajjiż tagħna jibda mill-għarfien u l-impenn kollettiv. Irridu nkunu proattivi, mhux reattivi, biex inħallu ambjent aktar nadif u aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield ħeġġeġ lin-nies biex anke huma jkunu parteċipi fl-isforzi nazzjonali biex inżommu pajjiżna nadif primarjament billi jirraportaw skart illegali. “Biex pajjiżna nżommuh nadif, għandna bżonn sforz kollettiv. Ġurnata bħal tal-lum iġġiegħelna nirriaffermaw l-impenn tagħna lejn pajjiżna biex inżommu l-indafa u nieħdu ħsiebu dejjem," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Bedingfield.

Matul l-attività, il-materjal kollu mormi illegalment li nġabar mis-sit kien separat fuq il-post, biex b'hekk ġie żgurat li kwalunkwe materjal riċiklabbli jkun ipproċessat kif xieraq, filwaqt li jitnaqqas l-iskart li jmur fil-miżbla.

'Islands Cleanup' torganizza attivitajiet ta' tindif f'diversi bajjiet u widien matul is-sena.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Titnaddaf il-bajja tat-Torri l-Abjad għall-Jum Internazzjonali għat-Tindif
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Titnaddaf il-bajja tat-Torri l-Abjad għall-Jum Internazzjonali għat-Tindif
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Titnaddaf il-bajja tat-Torri l-Abjad għall-Jum Internazzjonali għat-Tindif
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Titnaddaf il-bajja tat-Torri l-Abjad għall-Jum Internazzjonali għat-Tindif
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow