Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI Festa Nazzjonali tal-Indipendenza 2024

pr241479
Date Icon 20/09/2024

Fl-okkażjoni tas-Sittin Anniversarju ta' Jum l-Indipendenza, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, se torganizza dawn l-attivitajiet li ġejjin.

Nhar is-Sibt 21 ta' Settembru, fid-9:00am jitlaq marċ militari mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn quddiem il-bini tal-Parlament ta' Malta għal Misraħ San Ġwann.  Mal-wasla tal-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono, jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.

Fid-9:30am, tibda' Quddiesa Pontifikali u tintemm bil-kant tat-Te Deum fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann li se tiġi mxandra live fuq Television Malta.

Wara l-quddiesa, isir it-tqegħid ta' fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza l-Furjana mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: il-President ta' Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.  Biswit l-istess monument jinħaraq salut ta' 21 tir mill-Forzi Armati ta' Malta.

Fit-8:00pm, f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, se jiġi ppreżentat kunċert lill-poplu Malti mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Laus bil-parteċipazzjoni tal-mezzo sopran Marvic Monreal. Dan il-kunċert qed jittella' bis-sapport tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.

Il-kunċert jinkludi xogħlijiet mill-kompożituri Maltin Alexander Vella Gregory u Charles Camilleri.  Flimkien ma' dawn se jiġu interpretati wkoll siltiet mużikali ta' Aaron Copland, Ludwig van Beethoven, Augustin Lara, Johannes Brahms u George Bizet. Il-kunċert se jixxandar fuq TVM News+ fid-9:00pm.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow