Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża Il-Kummissjoni vs Malta dwar id-deroga għar-Riċerka fuq Seba’ Speċi ta’ Għasafar tal-Għana Selvaġġi (Kawża C-23/23)

pr241468
Date Icon 19/09/2024

Illum, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat is-sentenza tagħha fil-każ tal-Kummissjoni vs Malta dwar id-deroga tar-riċerka fuq seba' speċi ta' għasafar tal-għana selvaġġi.

Il-Gvern jirrikonoxxi s-sentenza tal-Qorti, li ddikjarat li element wieħed mid-deroga għar-riċerka applikata minn Malta fis-snin 2020, 2021 u 2022 ma kienx konformi mad-Direttiva dwar l-Għasafar. Bħalissa qed issir analiżi dettaljata tas-sentenza biex jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet u t-triq 'il quddiem.

Il-Gvern jibqa' determinat li jiddefendi l-prattiċi legali tal-kaċċaturi u n-nassaba u se jkompli jimpenja ruħu mal-partijiet interessati rilevanti kollha biex jiżgura li t-tħassib tagħhom jiġi indirizzat b'mod xieraq, b'rispett sħiħ lejn il-liġi tal-Unjoni Ewropea u din is-sentenza.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri kien preżenti fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu sabiex jisma' l-għoti tad-deċiżjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow