Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr241467
Date Icon 19/09/2024

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons (MOAH).

Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons (MOAH) huma kimiċi ottenuti prinċiparjament minn distillazzjoni u raffinar ta' pitrolju. Jistgħu jidħlu fl-ikel permezz ta' ħafna modi: minn kontaminazzjoni fl-ambjent, użu ta' lubrikanti fil-makkinarju, waqt proċessar, minn addittivi u migrazzjoni minn materjal li jmiss mal-ikel. Preżenza ta' dawn il-kimiċi fl-ikel jista' jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem.

Sors: EFSA, 13 September 2023: Mineral oil hydrocarbons (https://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/mineral-oil-hydrocarbons)

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:100% Pure Red Palm Oil
Ditta:Nigerian Heritage
Data tad-Durabbiltà:BB 21/08/2026
Lott:2353 31
Volum:500ml

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon  2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow