STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata Binja Dr. Joe Brincat - Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Luqa
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura Binja Dr. Joe Brincat; proġett ġdid ta' akkomodazzjoni soċjali ġewwa Ħal Luqa. Dan il-proġett se jkun qiegħed jipprovdi residenza sikura u b'dinjità lil 46 familja u total ta' 55 garaxx u spazji għall-karozzi, inkluż spazji għall-karozzi għall-persuni b'diżabilità.
Il-Ministru Galdes waqt l-inawgurazzjoni spjega kif dan il-proġett sar b'investiment sostanzjali ta' madwar 5 miljun ewro. Huwa saħaq li permezz ta' proġetti soċjali bħal dawn, qed joffru ambjent dinjituż li se jkompli jgħolli l-kwalità tal-ħajja tal-familji.
“Dan il-proġett mhux biss se jipprovdi saqaf sikur, iżda wkoll kwalità ta' ħajja aħjar għall-benefiċċjarji tagħna, li minħabba ċirkostanzi differenti tal-ħajja jkun jeħtiġilhom l-għajnuna tal-istat," tenna l-Ministru Galdes.
Il-Ministru stqarr li kien xieraq li dan il-proġett soċjali, jingħata isem idonu li jfakkar il-ħidma u l-memorja ta' Dr. Joe Brincat, li tant ħadem fil-qasam soċjali. Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-qraba tal-mibki Dr. Brincat. Il-Ministru sellem il-memorja ta' Dr. Brincat li fil-passat serva bħala Ministru tad-Djar, kif ukoll baqa' dejjem vuċi soċjali b'saħħitha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN