Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-aqwa edukazzjoni għal uliedna – investiment dirett fl-istudent ta’ €27 miljun

pr241426
Date Icon 10/09/2024

Ftehim li sar bejn il-gvern, permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti (ISA) se jsarraf f'investiment dirett fl-istudent ta' €26,875,940, wara li kien hemm approvazzjoni tal-Kabinett iktar kmieni llum. Dan il-ftehim se jassigura stabbilità fis-settur.

F'Lulju li għadda, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti kienet għamlet kuntatt mal-ministeru biex tesprimi t-tħassib tagħha dwar iż-żieda sinifikanti u abnormali fil-miżati li l-ġenituri li għandhom it-tfal fl-iskejjel indipendenti kienu se jħabbtu wiċċhom magħhom mill-bidu tas-sena skolastika li ġejja. Din iż-żieda fil-miżati hija attribwita għall-aġġustamenti riċenti fis-salarji taħt il-ftehim settorjali nnegozjat mal-Malta Union of Teachers (MUT) li jkopri lill-edukaturi fis-settur pubbliku.

Fl-iskejjel indipendenti bħalissa hemm 8,244 student u dawn jimpjegaw 967 edukatur.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum u qal: “B'dan il-ftehim qed nuru bil-fatti li rridu l-aqwa ambjent edukattiv għal ulied dan il-pajjiż. Investiment li permezz tiegħu qegħdin nipproteġu lill-familji minn żidiet fil-miżati edukattivi ta' wliedhom biex nassiguraw li tibqa' l-possibbiltà ta' għażla libera fil-perkors edukattiv tal-istudenti Maltin u Għawdxin. Din hija wkoll konferma tal-istima li għandna lejn l-edukaturi fid-diversi setturi ta' pajjiżna."

Permezz tal-ftehim, il-gvern se jagħti din l-għajnuna finanzjarja sinifikanti sal-2029 lill-iskejjel indipendenti biex jiġi żgurat li l-ġenituri ma jesperjenzawx aktar minn żieda ta' bejn 6% u 12% fil-miżati għal kull sena, li hija l-prattika tal-Iskejjel Indipendenti f'dawn l-aħħar snin. Għalhekk permezz ta' dan l-intervent, il-gvern se jevita li l-familji jintlaqtu b'żidiet kbar fil-miżati ta' uliedhom.

Fost oħrajn, il-ftehim ikopri l-allowance ta' darba li ngħatat fil-ftehim settorjali ta' €1,000 lil kull edukatur u wkoll l-allowance ta' €1,000 li ngħatat lill-edukaturi fil-primarja. Ikopri wkoll l-arrettrati kollha dovuti permezz tal-Ftehim Settorjali lill-edukaturi, b'lura minn Jannar tal-2023. Se jkun hemm ukoll żieda sostanzjali fil-per capita tal-Iskejjel Indipendenti tul il-ħames snin.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll Dr Mateja Farrugia, Annemarie Carabott, Charlene Bonnici, Sue Midolo, u Adrian Coppini, rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI L-aqwa edukazzjoni għal uliedna – investiment dirett fl-istudent ta’ €27 miljun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow