Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Gvern se jibqa’ jkun ta’ sostenn għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa quddiem kritika bla bażi u nuqqas ta’ veritajiet

pr241425
Date Icon 10/09/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela f’konferenza tal-aħbarijiet spjega f’aktar dettall il-proċess verbal tal-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt ta’ Stephen Mangion. Inkjesta li tmexxiet mill-Maġistrat Joe Mifsud u li fuq rakkomandazzjoni tal-istess Maġistrat, ġie ppublikat il-proċess verbal marbut magħha.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Abela qal kif l-inkjesta rrikonnoxiet li l-professjonisti li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza għamlu dak kollu meħtieġ biex jagħtu servizz professjonali u fiċ-ċirkostanzi jippruvaw isalvaw il-ħajja ta’ Stephen Mangion. 

Il-Ministru Jo Etienne Abela saħaq li saret ħsara kbira għall-moral tal-impjegati li jaħdmu fl-emerġenza bil-kritika bla bażi u nuqqas ta’ veritajiet li nkitbu fuq il-midja soċjali. Sostna kif dawn l-impjegati jagħmlu minn kollox biex jagħtu assistenza medika sħiħa u professjonali lil kull min jirrikori għal dan is-servizz, lejl u nhar. 

Il-Ministru Abela tenna kif il-Gvern ser ikompli jagħti kull sostenn lil dawn il-professjonisti. 

“Ser inkomplu ninvestu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u l-pubbliku għandu jkompli jserraħ rasu li s-servizz kien għadu u ser jibqa’ tal-ogħla kwalità,” temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-Gvern se jibqa’ jkun ta’ sostenn għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa quddiem kritika bla bażi u nuqqas ta’ veritajiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow