Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn biex ikompli jitjieb ix-xenarju edukattiv b’implimentazzjoni effettiva u evalwazzjoni rigoruża

pr241424
Date Icon 10/09/2024

Fix-xhur riċenti, b'ħidma kollettiva, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni nieda u implimenta diversi strateġiji. Strateġiji li waqt konferenza, ngħata rendikont dwarhom partikolarment il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.

“Nenfasizza li l-politiki tagħna mhumiex biss teorija u pjani fuq il-karta, imma huma politiki ħajjin li qed jiġu implimentati b'mod attiv, u permezz tagħhom qed naraw progress li jista' jitkejjel," qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt il-ftuħ tal-konferenza, filwaqt li spjega li, “l-konferenza tirrifletti l-impenn komuni tagħna biex inkomplu ntejbu x-xenarju edukattiv permezz ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika u evalwazzjoni rigoruża." Il-ministru nnota bi pjaċir li diġà dawn l-istrateġiji qed iħallu impatt pożittiv u qal li l-istudenti qed jibbenefikaw mill-implimentazzjoni tal-politiki li hemm fis-seħħ.

Id-diskussjoni waqt il-konferenza kienet dwar l-importanza li tkun ikkultivata kultura ta' evalwazzjoni fuq il-ħames strateġiji vertikali fis-settur edukattiv, u l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom rwol kritiku fiċ-ċiklu ta' kull politika jew strateġija, għaliex jiżguraw li l-politiki edukattivi ma jkunux biss imfassla tajjeb imma wkoll implimentati b'mod effettiv. Apparti dan, monitoraġġ u evalwazzjoni jippermettu li tkun analizzata l-effettività, l-effiċjenza, u l-impatt tal-politiki, billi jipprovdu qafas għar-responsabbiltà u t-trasparenza. L-eżerċizzju ta' monitoraġġ effettiv jinvolvi l-ġbir sistematiku ta' data dwar indikaturi speċifiċi, li tgħin biex ikun segwit il-progress u jkunu identifikati oqsma għat-titjib. L-evalwazzjoni hija analiżi aktar profonda li tanalizza jekk intlaħqux ir-riżultati u l-impatti intenzjonati.

Dan l-eżerċizzju jsir ukoll biex jinħoloq ċiklu li jgħin fit-tfassil tad-deċiżjonijiet futuri marbuta mal-politiki u jtejjeb il-kapaċità tal-ministeru li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-istudenti, l-edukaturi u l-miri tal-Unjoni Ewropea fis-settur.

Il-ministru ħabbar li f'Ottubru li ġej se jitnieda proġett pilota tal-Family Community School Link, li għandu l-għan li jgħin lill-familji, jinvolvi lill-komunitajiet u jissapportja l-iskejjel permezz ta' approċċ integrat.

Min naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella qal li huwa importanti li jkollna strateġiji tanġibbli li permezz tagħhom niksbu edukazzjoni ta' kwalità li tpoġġi l-persuna fiċ-ċentru.

“Tajjeb li ngħidu li meta wieħed jara r-riżultati miksuba permezz tal-implimentazzjoni b'saħħitha flimkien ma' kultura ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, wieħed jara riżultati ta' trasformazzjoni li qed isir fl-edukazzjoni. Illum nitkellmu dwar edukazzjoni ta' kwalità li tista' titkejjel u għalhekk tista' tiġi mtejjba flimkien mal-istakeholders kollha," temm jgħid Matthew Vella.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn biex ikompli jitjieb ix-xenarju edukattiv b’implimentazzjoni effettiva u evalwazzjoni rigoruża
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Impenn biex ikompli jitjieb ix-xenarju edukattiv b’implimentazzjoni effettiva u evalwazzjoni rigoruża
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow