Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA U D-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI Ħames għaddasa salvati f’ħidma konġunta

pr241421
Date Icon 10/09/2024

Ħames għaddasa ġew salvati f’ħidma konġunta bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’operazzjoni ta’ salvataġġ fl-ibħra lil hinn minn Wied iż-Żurrieq.

Il-ħidma tqieset bħala waħda diffiċli ferm kemm minħabba l-kurrent qawwi li kien hemm kif ukoll ir-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin.

Kienet l-għaqda tas-Salib l-Aħmar li avżat lill-Forzi Armati li kien hemm ħames għaddasa f’diffikultà wara li nġarru ’l barra mill-kurrent u l-mewġ.

Il-Forzi Armati minnufih bagħtu ħelikopter u l-Melita 2 fl-inħawi filwaqt li l-Protezzjoni Ċivili bagħtet stakkament ta’ fire-engines bir-rhib.

Wieħed mill-għaddasa ġie salvat mill-ħelikopter tal-armata li niżżlu f’Wied iż-Żurrieq b’winch sabiex jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza li waslet fuq il-post.

L-erba’ għaddasa l-oħra ttellgħu fuq rhib tal-Protezzjoni Ċivili u tniżżlu fuq l-art qawwijin u sħaħ f’Marsaxlokk.

STQARRIJA MILL-FORZI ARMATI TA’ MALTA U D-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI Ħames għaddasa salvati f’ħidma konġunta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow