Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta tingħaqad ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex tgħin fir-rispons kontra l-MPOX

pr241399
Date Icon 05/09/2024

Pajjiżna ngħaqad ma' numru ta' pajjiżi oħra Ewropej fl-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea 'Team Europe' bil-għan li tgħin l-Afrika biex tnaqqas aktar tixrid tal-marda MPOX.

Fl-14 ta' Awwissu, id-Direttur Ġenerali tad-WHO kienet iddikjarat t-tifqigħa tal-MPOX (Clade 1) bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali (PHEIC).  Dan segwa d-dikjarazzjoni ta' din il-marda bħala emerġenza tas-saħħa pubblika tas-sigurtà kontinentali fl-Afrika miċ-Ċentri tal-Afrika għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard (Afrika CDC).

Fi tweġiba għat-talba għal appoġġ minn sħab internazzjonali, Malta ngħaqdet mal-inizjattiva tal-UE 'Team Europe' immexxija mid-DG HERA għad-donazzjoni tal-vaċċini u l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi biex tgħin fil-ġestjoni ta' din l-emerġenza tas-saħħa pubblika.

Fl-aħħar ħin, id-Direttur Ġenerali tal-HERA (Health Emergency Preparedness and Response) Laurent Muschel, wasal fil-belt ta' Kinshasa fil-Kongo, fejn ser ikun qed iwassal l-ewwel konsenja ta' dożi ta' vaċċini tal-MPOX.

B'kollox bejn il-pajjiżi kollha li ngħaqdu f'din l-inizjattiva se jkunu qed jingħataw madwar nofs miljun vaċċin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow