Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ir-Reżiljenza, l-Innovazzjoni u l-Kreattività fiċ-ċentru tal-attenzjoni fi SkillScape Malta 2024

pr241397
Date Icon 04/09/2024

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet organizza l-konferenza SkillScape Malta 2024, konferenza ddedikata biex tqajjem kuxjenza fost il-ħaddiema Maltin dwar il-ħiliet attwali u futuri. Il-konferenza laqqgħet flimkien imsieħba ewlenin, inkluż uffiċjali tal-gvern, mexxejja tal-industrija, u esperti edukattivi, biex jindirizzaw l-iżvilupp dejjem jinbidel tal-ħiliet f'Malta.

Fil-ftuħ tal-konferenza, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima enfasizza l-importanza li l-edukazzjoni tkun konformi mal-ħtiġijiet tad-dinja tax-xogħol li dejjem qed jinbidlu u b'mod mgħaġġel. “Iż-żgħażagħ tagħna huma l-futur ta' pajjiżna, u huwa d-dmir tagħna li nħejjuhom b'ħiliet li jippermettulhom mhux biss jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, imma wkoll li jirnexxu f'dinja dejjem aktar kumplessa u kompetittiva," qal il-ministru.

L-avveniment beda b'messaġġ mill-President Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet Jeffrey Pullicino Orlando, li stqarr li “Wara konsultazzjoni mifruxa mal-imsieħba lokali deher li hemm il-ħtieġa li niffukaw primarjament fuq ħiliet transversali, bħall-komunikazzjoni, ir-reżiljenza u l-ħidma f'tim, kemm fis-sistema edukattiva tagħna kif ukoll f'kull inizjattiva marbuta mat-taħriġ tal-ħaddiema."

Is-Segretarju Permanenti Matthew Vella, saħaq fuq l-impenn tal-gvern biex jinkoraġġixxi sistema edukattiva orjentata lejn il-ħiliet, u qal li sistema Edukattiva b'saħħitha tassigura li l-istudenti jittrasformaw ruħhom f'ċittadini ħolisitiċi b'valuri, prinċipji u ħiliet mhux biss għall-bżonnijiet ta' llum imma wkoll ta' għada. “Bħala Servizz Pubbliku rridu nassiguraw li nutilizzaw l-għodda ta' strategic foresight biex infasslu u ninfluwenzaw is-soċjetà tal-2030 li hija l-ewwel pass li se jwassalna għall-2050," temm jgħid Matthew Vella.

Jenk Oz, Fundatur u Kap Eżekuttiv ta' Thred Media, għamel id-diskors ewlieni tal-ġurnata, diskors fejn fih wassal l-għarfien tiegħu dwar kif il-Ġenerazzjoni Z tista' tgħaqqad l-aspirazzjonijiet tagħha mar-realtajiet tal-post tax-xogħol.

Wara CareerScape u s-Sena Ewropea tal-Ħiliet, SkillScape Malta 2024 poġġiet il-pedament għal djalogu u azzjoni kontinwa biex iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikollhom il-ħiliet meħtieġa għall-isfidi futuri. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet se jkompli jmexxi dawn l-inizjattivi, b'enfasi biex Malta tibqa' fuq quddiem fl-iżvilupp tal-ħiliet fl-Ewropa.

Il-Konferenza SkillScape Malta sservi bħala pjattaforma għan-networking, konsultazzjoni u l-iskambju tal-għarfien fost l-imsieħba soċjali marbuta mal-iżvilupp ħolistiku tal-ħiliet. Il-konferenza itenni l-missjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet li jmexxi aġenda tal-ħiliet, ibbażata fuq l-evidenza, għall-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali u l-benesseri, lil hinn mill-konfini ta' avveniment wieħed.

Għal mistoqsijiet u aktar informazzjoni, ikkuntattja: pr.nsc@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ir-Reżiljenza, l-Innovazzjoni u l-Kreattività fiċ-ċentru tal-attenzjoni fi SkillScape Malta 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ir-Reżiljenza, l-Innovazzjoni u l-Kreattività fiċ-ċentru tal-attenzjoni fi SkillScape Malta 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow