Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Kompetizzjoni għat-tfal dwar l-għarfien finanzjarju

pr241386
Date Icon 31/08/2024


Numru ta’ tfal illi jattendu SkolaSajf, kellhom l-opportunità li jifhmu aħjar l-importanza tal-użu responsabbli tal-flus. Dan sar permezz ta’ tagħlim prattiku minn għalliema u professjonisti fis-settur finanzjarju, u l-qofol intlaħaq permezz ta’ kompetizzjoni illi saret bejn diversi gruppi ta’ tfal, ta’ bejn is-7 u l-11-il sena.

Il-proġett tmexxa minn ĠEMMA b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u SkolaSajf.

Fi tmiem din il-ġimgħa, żewġ gruppi ta’ tfal ingħataw premju, wara li rebħu żewġ kompetizzjonijiet rispettivament. Grupp minnhom żejjen siġra bi kliem relatat mal-litteriżmu finanzjarju.  Din it-tema kienet diskussa waqt is-sessjonijiet fil-klassi, bid-diversi ħsibijiet tat-tfal jiffurmaw il-qafas ta’ dawn il-proġetti finanzjarji. It-tieni grupp ta’ tfal li rebaħ din il-kompetizzjoni ħoloq logo għall-kompetizzjoni ĠEMMA ta' din is-sena, b’mod kreattiv u fi spirtu ta’ tim.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon sostna illi l-fergħa fi ħdan il-Ministeru, ĠEMMA, ser tkompli tkabbar l-outreach tagħha, biex tilħaq kemm lit-tfal, adoloxxenti, adulti u anke pensjonanti.

“Nieħu din l-opportunità sabiex nifraħ lit-timijiet rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni, illi permezz tal-kreattività tagħhom ħolqu dan ir-riżultat finali. Ejja nkomplu ninvestu fil-ġenerazzjoni tal-lum u nippromwovu kultura t’għaqal u ppjanar sabiex verament nibnu tfal b’saħħithom u li jafu jieħdu deċiżjonijiet tajbin minn età żgħira,” temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

Ritratti: MSPC

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Kompetizzjoni għat-tfal dwar l-għarfien finanzjarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Kompetizzjoni għat-tfal dwar l-għarfien finanzjarju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Kompetizzjoni għat-tfal dwar l-għarfien finanzjarju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow