STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL
PR241385
30/08/2024
B’referenza għal allegazzjonijiet ippubblikati llum b’rabta ma’ allegati irregolaritajiet fi ħdan il-LESA, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri jiċħad b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu.
Il-Ministru Byron Camilleri jagħmilha ċara li dan hu attakk ikkordinat u ddisprat fil-konfront tiegħu b’allegazzjonijiet bla bażi u infondati, ibbażati fuq gideb u dikjarazzjoni falza. Filwaqt li kif diġà sostna l-Prim Ministru Robert Abela, mhuwiex aċċettabbli li xi ħadd jinqeda bil-fatt li b’din it-tip ta’ inkjesta wieħed ma jkollux l-opportunità li jirribatti pubblikament.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN