Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Reviżjoni dwar il-Liġi tal-Appell fil-proċess tal-permessi

pr241377
Date Icon 30/08/2024

Matul dan is-sajf, kienet għaddejja ħidma sabiex tiġi riveduta l-Liġi tal-Appell fil-proċess tal-permessi.

Dan qalu l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri fejn spjega li permezz tar-reviżjoni proposta fil-liġi u li ser tiġi ppreżentata lill-Kabinett fil-jiem li ġejjin, fejn permessi li jkunu għadhom fi stadju ta' appell, ser jibqgħu sospiżi sakemm jiġi eżawrit il-proċess kollu tal-appell quddiem it-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar jew quddiem il-Qorti tal-Appell.

“Ir-reviżjoni tal-liġi preżenti ser tassigura li ma jkunx hemm kostruzzjoni f'każ fejn permess ikun għadu fi stadju ta' appell. Apparti dan, ir-reviżjoni ser tassigura li l-proċess tal-appell ikun aktar mgħaġġel fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu fl-inqas żmien possibbli, dan bil-għan li l-proċess innifsu jkun aktar ġust ma' kulħadd", sostna l-Ministru Camilleri. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow