Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

PR241376
Date Icon 30/08/2024

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkonfermaw każ importat ta' Mpox. Il-każ, li kien trażmess sesswalment, jinvolvi individwu li bħalissa huwa klinikament stabbli u ma jeħtieġx dħul fl-isptar. Il-pazjent ġie iżolat u qed isiru sforzi ta' traċċar tal-kuntatti biex tiġi evitata aktar trażmissjoni.

F'dan l-istadju, il-Clade speċifiku tal-virus Mpox ta' dan il-każ ma ġiex identifikat.

Inħeġġu lill-pubbliku biex jieħdu l-prekawzjonijiet li ġejjin biex jitnaqqas ir-riskju tat-trażmissjoni tal-Mpox:

- Ipprattika s-sess sikur u li jkollok konverżazzjonijiet miftuħa ma' msieħba dwar is-saħħa sesswali.

- Evita kuntatt mill-qrib ma' individwi li juru sintomi ta' Mpox, bħal deni, raxx, u lymph nodes minfuħin.

- Żomm prattiki tajba ta' iġjene, inkluż ħasil regolari tal-idejn bis-sapun u l-ilma.

- Fittex parir mediku jekk ikollok sintomi jew ġejt f'kuntatt ma' xi ħadd iddijanjostikat b'Mpox.

L-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika jibqgħu impenjati li jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika u se jkomplu jissorveljaw is-sitwazzjoni mill-qrib. Napprezzaw il-kooperazzjoni u l-viġilanza tal-komunità biex iżżomm ma' dawn il-linji gwida.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow