Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija konsultazzjoni pubblika fuq strateġija li tippromwovi l-attività fiżika li twassal għal saħħa aħjar

pr241374
Date Icon 29/08/2024

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Jo Etienne Abela u l-Ministru Clifton Grima nedew għall-konsultazzjoni pubblika l-istrateġija ‘A Strategy for Health-Enhancing Physical Activity’. Il-viżjoni ta’ din l-istrateġija hi li kull ċittadin għandu jkollu aktar għarfien dwar l-importanza tal-attività fiżika fil-ħajja ta’ kuljum, li twassal għal titjib fis-saħħa tal-individwu.

Ġie spjegat li t-twettiq ta’ strateġija bħal din tirrikjedi li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu l-għarfien u opportunitajiet għal aktar attività fiżika. Intqal li huwa essenzjali li minn età żgħira, tiġi mrawma kultura t’attività fiżika biex din tiġi parti mill-ħajja ta’ kuljum ta’ kull individwu. 

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela qal kif il-benefiċċji tal-attività fiżika huma mifruxa tul il-kors tal-ħajja. Enfasizza l-importanza li bħala poplu naħdmu flimkien biex intejbu s-saħħa fiżika. Saħaq li għandu jkompli jiġi promoss u jiżdied l-għarfien dwar il-benefiċċji tal-attività fiżika sabiex dan ikun  parti integrali fil-ħajja ta’ kuljum.

“Ejja naħdmu flimkien biex inrawmu kultura fejn l-attività fiżika ssir parti integrali minn ħajjitna, biex inkunu aktar b’saħħitna”, temm jgħid il-Ministru Abela.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima saħaq dwar l-importanza tal-attività fiżika għas-saħħa u r-rwol li s-settur edukattiv għandu f’dan il-qasam. “Il-promozzjoni tal-attività fiżika m’hijiex biss ir-responsabbiltà tal-Ministeru tas-Saħħa, imma hija responsabbiltà li trid tintrefa’ mill-entitajiet governattivi u soċjali kollha u kull individwu,” sostna l-Ministru Grima.

“Irridu niżguraw li kull tifel u tifla jkollhom biżżejjed ħin matul il-ġurnata tal-iskola biex jipparteċipaw fl-attività fiżika u jkunu attivi – kemm bħala parti mill-edukazzjoni fiżika formali kif ukoll f’kombinazzjoni ma’ materjal ieħor ta’ tagħlim. Huwa kruċjali li dawn l-istituzzjonijiet ukoll jiżviluppaw programmi li jippromwovu l-attività fiżika, għaliex l-attitudni lejn l-attività fiżika għandha tibqa’ tissaħħaħ tul il-ħajja kollha,” temm jgħid il-Ministru Grima.

Il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħa sal-25 ta’ Settembru 2024.

pr241374a.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija konsultazzjoni pubblika fuq strateġija li tippromwovi l-attività fiżika li twassal għal saħħa aħjar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija konsultazzjoni pubblika fuq strateġija li tippromwovi l-attività fiżika li twassal għal saħħa aħjar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija konsultazzjoni pubblika fuq strateġija li tippromwovi l-attività fiżika li twassal għal saħħa aħjar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow