Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

PR241369
Date Icon 28/08/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal ħa nota tar-Rapport “Baġit Minimu Essenzjali għal Għajxien Diċenti” maħruġ il-lum mill-Caritas u jirringrazzjaha għaliex iqisu utli fit-tħejjija ta’ miżuri soċjali li jdaħħal minn żmien għal żmien. 

Il-konklużjonijiet tar-Rapport jikkonfermaw li l-Gvern diġà ħa diversi miżuri biex itaffi l-effetti tal-kriżi inflazzjonarja li kellna s-sena li għaddiet, speċjalment bl-għoli fil-prezzijiet tal-enerġija u ċereali, fejn il-Gvern, apparti li ffriża l-prezzijiet tal-enerġija, ta sussidji u għajnuniet oħra bħall-introduzzjoni tal-COLA Addizzjonali u l-varar tal-inizjattiva dwar stabbilità fil-prezzijiet, li diġà tat il-frott tagħha. Dawn is-sussidji u benefiċċji jammontaw għal mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fis-sena. 

Wieħed irid jgħid ukoll li fil-Budget 2024 kien hemm diversi miżuri biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-familji bit-tfal, persuni b’diżabilità u pensjonanti permezz ta’ benefiċċji ogħla u oħrajn ġodda. Kif tħabbar, diġà hemm maħsub li dan it-titjib ser jissokta, inkluż bl-introduzzjoni ta’ twessigħ fil-faxex tat-taxxa.

B’referenza għall-eżerċizzju li sar mill-Caritas, jidher li koppja fejn żewġ membri adulti b’żewġt itfal jaħdmu u jaqilgħu l-paga minima nazzjonali, id-dħul nett tagħhom jaqbeż b’€5,916 l-ispiża tal-basket bażiku. Fil-każ fejn fl-istess koppja hemm wieħed biss jaħdem, id-dħul nett tagħhom huwa €2,434 inqas mill-ispiża bażika.

Dan juri kemm huwa importanti li persuni li jistgħu jaħdmu effettivament isibu impjieg biex jtejbu d-dħul tagħhom, anki permezz ta’ inċentivi jew benefiċċji bħall-In Work Benefit u Child Care b’xejn. Dan fil-fatt huwa ppruvat mill-fatt li anke fejn hemm single parents li jaħdmu b’żewġt itfal, dawn bil-paga minima u l-benefiċċji addizzjonali jaqbżu l-basket ta’ spiża.

Fejn xi ħadd mill-ġenituri ma jaħdimx minħabba diżabilità jew mard tagħhom jew ta’ membri fil-familji tagħhom, bit-titjib li sar fl-aħħar snin dawn ikunu intitolati għall-benefiċċji addizzjonali li ma kienux inklużi fil-kalkolu tad-dħul u li effettivament bih jaqbżu sostanzjalment il-basket bażiku.

Fejn jikkonċerna l-pensjonanti, dawk il-koppji ta’ 75 sena ’l fuq fejn membru wieħed jirċievi pensjoni minima garantita u tingħata kunsiderazzjoni tal-fatt li l-membru l-ieħor qed jitħallas ukoll il-bonus għax ma jkunx ikkwalifika għall-pensjoni, id-dħul tagħhom iqarreb sew lejn l-ispiża bażika.

Naturalment fejn il-pensjonanti ikollhom pensjoni ogħla minn dik minima, b’dak li jirċievu jaqbżu l-basket ta’ spiża.

Il-Ministeru ħa nota wkoll tar-rakkomandazzjonijiet li saru.  Madankollu, wieħed jista’ jgħid li l-Gvern diġà kull sena jaġġusta r-rati tal-benefiċċji skont l-indiċi tal-prezzijiet biex jaġevola lil benefiċċjarji soċjali. Wieħed irid jenfasizza li l-benefiċċju addizzjonali għall-ogħli tal-ħajja se jibqa’ jingħata sena wara l-oħra sabiex il-familji u l-pensjonanti ikunu f’qagħda li jlaħħqu mal-inflazzjoni, minkejja li din issa naqset konsiderevolment.

Rakkomandazzjonijiet oħra diġà sar xogħol fuqhom bħala parti mill-istrateġiji differenti tal-Gvern, bħala eżempju dik dwar Il-Familji u dik Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, però l-Gvern jibqa’ jagħti każ ta’ ideat u proposti differenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow