Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Miexi x-xogħol għall-bini mill-ġdid ta’ triq rurali ġewwa Chadwick Lakes

PR241361
Date Icon 26/08/2024

Miexi ġmielu x-xogħol f’Chadwick Lakes fuq il-bini mill-ġdid ta’ triq rurali. Ix-xogħol, li qed isir b’kollaborazzjoni bejn Infrastructure Malta (IM) u l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA), huwa intiż biex isaħħaħ il-ħajt tal-banjijiet li minnhu jgħaddi l-ilma tax-xita. Dan ix-xogħol ifisser ukoll pedamenti aktar sodi għat-triq, biex tiżdied is-sigurtà u l-aċċessibilità. 

Parti mit-triq fl-inħawi ta’ Wied il-Qliegħa u fl-inħawi ta’ Slampa fir-Rabat kienu ċedew. Fl-aħħar snin, partijiet mill-ħajt li kien jifforma wieħed mill-ikbar baċiri tal-ilma f’Chadwick Lakes ċeda minħabba ċaqlieq u erożjoni madwar il-pedamenti tiegħu. Dan wassal biex parti mit-triq li tiskorri eżatt mal-ġenb ta’ dan il-baċir ċediet b’tali mod li ntilef l-aċċess minn parti għall-oħra ta’ Chadwick Lakes. Biex jiġi evitat ir-riskju li l-kumplament tal-ħajt ikompli jċedi wara xi maltempata, il-kumplament tal-ħajt  li jżomm it-triq u li jifforma l-baċir qed jiġu ristrutturati. 

Ix-xogħol jinkludi bini ta’ żewġ ringieli ta’ ‘piles’ (kolonni fl-art) li qed jintużaw biex isaħħu l-art eżistenti li tifforma l-ġenb tal-baċir. B’kollox qed jinbnew 180 ‘pile’, u huma neċessarji sabiex joffru pedamenti sodi minħabba li l-ġeoloġija f’din iż-żona hija kkaratterizzata minn tafal u blat kemxejn dgħajjef. 

Waqt żjara fuq il-post fejn qed isiru x-xogħlijiet mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Ministru għall-Infrastruttura Chris Bonett, il-Kap Eżekuttiv tal-EWA, Manuel Sapiano u l-Kap Eżekuttiv ta’ IM, Steve Ellul spjegaw ix-xogħol li għaddej. 

Manuel Sapiano spjega li l-baċir li fuqu għaddej ix-xogħol jesa’ mal-35,000 metru kwadru t’ilma, illi jagħmlu użu minnu l-bdiewa tal-madwar. “Ix-xogħlijiet li qed isiru ta’ ripristinar jiżguraw is-saħħa tat-triq, sabiex il-baċir ikun jista’ jibqa’ jintuża u jżomm volum t’ilma li jgawdi minnu s-settur agrikolu,” qal is-Sur Sapiano.

Min-naħa tiegħu, Steve Ellul qal, “Dan huwa proġett tipiku illi Infrastructure Malta qiegħda timbotta ’l quddiem. Proġett infrastrutturali li fl-istess ħin jagħti importanza qawwija għall-ambjent u għas-sostenibbiltà. B’kollaborazzjoni bħal din iridu nkomplu nsaħħu l-ambjent madwarna.”

Ix-xogħol qed isir taħt il-monitoraġġ tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Miexi x-xogħol għall-bini mill-ġdid ta’ triq rurali ġewwa Chadwick Lakes
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Miexi x-xogħol għall-bini mill-ġdid ta’ triq rurali ġewwa Chadwick Lakes
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Miexi x-xogħol għall-bini mill-ġdid ta’ triq rurali ġewwa Chadwick Lakes
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow