Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Tittella' d-disa' edizzjoni tal-Gozo Sports Awards

pr241353
Date Icon 22/08/2024

Ilbieraħ, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar organizza d-disa' edizzjoni tal-Gozo Sports Awards fejn sportivi Għawdxin ġew premjati għall-avvanzi tagħhom f'diversi dixxiplini sportivi.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal li l-gvern kommess li jkompli jinvesti fl-isportivi u fil-faċilitajiet sportivi. “F'Għawdex, apparti l-investiment li qed isir fiċ-Ċentru Sportiv u Akwatiku, komplejna ninvestu f'faċilitajiet sportivi oħra inkluż fl-Albert Mizzi Stadium fil-Qala u fil-korsa Ta' Xħajma," tenna l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri qal li matul dan is-sajf ġew organizzati b'suċċess numru ta' tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa Ta' Xħajma fejn din il-faċilità ġiet sfruttata bl-aħjar mod possibbli sabiex mhux biss tiġi utilizzata, imma magħha ġie ukoll promoss it-turiżmu sportiv intern.

Il-Ministru kompla jgħid li ftit tal-jiem ilu nfetħu l-applikazzjonijiet sabiex atleti Għawdxin jipparteċipaw fl-International Island Games li ser isiru s-sena d-dieħla ġewwa Orkney. Huwa sostna li għalkemm dawn il-logħob ser ikunu ta' sfida partikolari għall-atleti Għawdxin, hekk kif ċertu dixxiplini sportivi li ksibna suċċess fihom f'Guernsey mhux ser ikunu inklużi fil-programm imħejjija mill-organizzaturi, it-tim tekniku qed jipprepara għal dawn il-logħob sabiex ikomplu jinkisbu aktar suċċessi.

“Inħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu u determinazzjoni biex niksbu aktar suċċess fil-qasam sportiv. Kommessi li nkomplu nsostnu lill-għaqdiet u sportivi Għawdxin b'numru ta' skemi. Nifraħ lill-isportivi kollha li ġew premjati waqt il-Gozo Sports Awards u nawgura kull suċċess lill-isportivi Għawdxin kollha," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

L-isportivi li ġew premjati huma:

Uffiċjal tas-Sena: Mark Camilleri

Kowċ tas-Sena: Franklin Grima

It-Tim tas-Sena: Gozo Dream Yacht Racing Team

Rikonoxximent għal Atleta Attiv 'l fuq minn 45 sena: Noel Grech

Rikonoxximent għal Karriera Sportiva: Raymond Attard

Rikonoxximent Speċjali Special Olympics: Giuseppina Galea u Carmelo Pace

Żagħżugħa Promettenti: Keira Attard

Żagħżugħ Promettenti: Liam Daly

Sportiva tas-Sena: Lara Calleja

Sportiv tas-Sena: Marlon Attard

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Tittella' d-disa' edizzjoni tal-Gozo Sports Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Tittella' d-disa' edizzjoni tal-Gozo Sports Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Tittella' d-disa' edizzjoni tal-Gozo Sports Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR ​Tittella' d-disa' edizzjoni tal-Gozo Sports Awards
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow