Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR241349
Date Icon 20/08/2024

Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi jinnota b’diżappunt l-attakk partiġġan li qed isir mill-Partit Nazzjonalista fuq il-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Malta Enterprise, is-Sur George Gregory, persuna li qatt ma kienet attiva fil-politika. 

Huwa ta’ dispjaċir ikbar li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipprova jħawwad fuq fatti li jistgħu jiġu faċilment ivverifikati minn informazzjoni pubblika. Informazzjoni li tiskredita dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni.

Is-Sur Gregory kien magħżul sabiex iservi f’din il-kariga wara karriera ta’ 30 sena bħala accountant fost l-aqwa ditti ta’ accountants f’pajjiżna. Fejn fost l-oħrajn serva bħala partner jew managing partner fi tliet ditti internazzjonali.

Il-Gvern ifakkar ukoll li l-mira għal din is-sena fejn jidħol l-Investiment Dirett Barrani (FDI) kienet li jkollna l-akbar FDI ta’ kwalità fl-istorja ta’ pajjiżna. Bi pjaċir nimmarkaw li sal-lum din il-mira diġà nqabżet. Fosthom permezz tal-ħidma fil-qasam tas-semikondutturi (microchips) fejn ġie assigurat l-akbar proġett ta’ RDI ta’ Malta permezz tal-applikazzjoni IPCEI2 għal STMicroelectronics Malta. 

Fl-aħħar xhur ġew attirati proġetti b’impatt qawwi oħra bħal Torrent Pharma, R3Vox li jaħdmu fuq radars għal taħt il-baħar u GIMAS li ser jipproduċu parts għal turbini tar-riħ u allura kumpanija li taħdem fuq teknoloġija nadifa f’Malta stess u se toħloq il-green jobs.

Proġetti oħrajn ta’ espansjoni jinkludu dawk minn de La Rue, Trelleborg, Baxter u Seifert. Fl-aħħar ħames snin mhux biss il-Malta Enterprise irnexxielha tappoġġa biex kull kumpanija tal-manifattura operattiva f’Malta tibqa’ fostna, iżda l-biċċa l-kbira tal-fabbriki espandew jew żiedu l-ħaddiema u l-karrieri maħluqa f’Malta. 

Dan wara li tul il-pandemija tal-COVID 19, il-Malta Enterprise mexxiet l-għajnuna lill-ħaddiema permezz tal-Covid Wage Supplement li salva eluf ta’ impjiegi b’investiment totali ta’ €800 miljun fl-ekonomija.

Il-Malta Enterprise saret ukoll sinonima mal-kumpaniji li joffru impjiegi ta’ kwalità akbar fl-innovazzjoni u li fl-istess ħin jinħtieġu inqas art: dawn huma l-istartups u l-iscaleups li qed jikbru f’Malta jew jiġu attirati lejn pajjiżna. Kumpaniji li qed joffru dħul b’saħħtu u opportunitajiet għall-ħaddiema.

Il-Ministeru għalhekk jappella lill-Oppożizzjoni sabiex fejn jidħol il-futur ekonomiku ta’ pajjiżna u l-opportunitajiet, ma tibqax iffissata fil-logħob partiġġan. Il-Gvern mhux se jaqa’ f’dak il-livell u għalhekk se jibqa’ ffukat jaħdem fl-interess ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow