STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ
pr241338
15/08/2024
Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-każ ta' Daniel Joe Meli.
Filwaqt li huwa essenzjali li jiġi rispettat bla riżervi l-proċess ġudizzjarju, li bħalissa jinsab fi stadju ta' Appell Kostituzzjonali, il-Gvern qed jieħu inkonsiderazzjoni s-sentenzi diġà mogħtija mill-Qrati Maltin, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet dwar saħħet is-Sur Meli, meta wieħed iqis in-natura unika u l-kumplessitajiet legali tas-sitwazzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN