Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-aħħar preparamenti għall-ħames edizzjoni ta’ SummerDaze f’Ta’ Qali

pr241337
Date Icon 14/08/2024

Jinsabu fil-fażi finali tagħhom il-preparamenti sabiex għall-ħames darba jittella' l-kunċert SummerDaze f'pajjiżna.

Il-qofol ta' dan il-festival mifrux fuq sebat ijiem, mistenni jintlaħaq propju nhar Santa Marija, fil-Park Nazzjonali Ta' Qali fejn ser jitella' dan l-avveniment ta' divertiment ewlieni bis-sehem ta' numru ta' artisti internazzjonali li jinkludu lil Sam Smith u Becky Hill.

F'dan il-kunċert mistenni jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-artist Malti Shaun Farrugia.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Park Nazzjonali Ta' Qali Jason Micallef.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif ir-ritorn ta' SummerDaze f'pajjiżna jkompli jikkonferma l-importanza li nkomplu noffru iżjed attrazzjonijiet għat-turisti li jżuruna u anke għal Maltin u l-Għawdxin b'mod ġenerali.

“Il-kalendarju ta' divertiment tas-sajf kull ma jmur dejjem qiegħed jogħla fil-livell tiegħu. Hekk għandu jkun. Irridu nassiguraw li iżjed Maltin u Għawdxin igawdu artisti favoriti internazzjonali tagħhom propju f'pajjiżna stess. Irridu naraw li avvenimenti ta' din l-għamla b'mod dirett u anke indirett iservu ta' motivazzjoni biex iżjed turisti ta' kwalità ogħla jagħżlu lilna bħala destinazzjoni," iddikjara l-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-aħħar preparamenti għall-ħames edizzjoni ta’ SummerDaze f’Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-aħħar preparamenti għall-ħames edizzjoni ta’ SummerDaze f’Ta’ Qali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-aħħar preparamenti għall-ħames edizzjoni ta’ SummerDaze f’Ta’ Qali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow