Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI George Gregory maħtur Kap Eżekuttiv ġdid ta’ Malta Enterprise

pr241326
Date Icon 12/08/2024

Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi ħabbar li l-Board ta' Malta Enterprise ħatar lis-Sur George Gregory bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' Malta Enterprise. Is-Sur Gregory se jibda jokkupa din il-kariga b'seħħ mit-Tnejn 9 ta' Settembru 2024. Barra minn hekk, immedjatament inbeda proċess sabiex is-Sur Gregory itemm kull involviment tiegħu ma' RSM Malta.


Il-Ministru Silvio Schembri rringrazzja lis-Sur Kurt Farrugia għax-xogħol siewi li wettaq matul iż-żmien tiegħu bħala Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise u awguralu kull suċċess fil-kariga l-ġdida tiegħu fi ħdan Transport Malta.


Is-Sur George Gregory, li bħalissa huwa l-Managing Partner ta' RSM Malta, għandu aktar minn 30 sena esperjenza professjonali. Apparti fl-RSM huwa serva wkoll fi rwol ta' partner ma' ditti oħrajn inkluż top tier firms. Matul il-karriera tiegħu, huwa mexxa bosta impenji ta' profil għoli, inkluż akkwisti, ristrutturar, u rwoli ta' konsulenza strateġika, kemm kummerċjali kif ukoll minn perspettiva ta' tassazzjoni. Is-Sur Gregory huwa gradwat bħala accountant bil-kwalifiċi tal-ACCA mill-Association of Certified Chartered Accountants.


Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi jħares 'il quddiem lejn il-kontribuzzjoni siewja tas-Sur Gregory fit-tmexxija ta' Malta Enterprise u fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.

“Dan huwa żmien importanti ħafna għal Malta Enterprise fejn, bħala pajjiż, irridu nkomplu nimplimentaw b'aktar saħħa l-istrateġija tagħna biex nattiraw lejn pajjiżna dik l-attività ta' valur għoli li ma tirrikjedix ħafna ħaddiema u/jew art minn fejn topera. B'hekk nassiguraw tkabbir ekonomiku sostenibbli u ta' ġid għal kulħadd," temm jgħid il-Ministru Schembri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI George Gregory maħtur Kap Eżekuttiv ġdid ta’ Malta Enterprise
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow