Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI: Riżultati Finali u Allokazzjoni ta’ Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali – Stock tal-Gvern ta’ Malta – Awwissu 2024

pr241323
Date Icon 09/08/2024

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 241293 ippubblikata fit-2 ta' Awwissu 2024, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €630,936,100 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 31 ta' Lulju 2024, it-Teżor irċieva 3,097 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €102,436,100. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.

Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-iStockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) (F.I.) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.90)1,32730,653,300
3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (III) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)1,77071,782,800
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)3,097102,436,100

Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa it-2 ta' Awwissu 2024, it-Teżor irċieva 104 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €528,500,000 li ġew allokati kif ġej: 

Deskrizzjoni tal-iStockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) (F.I.) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.90)1,32730,653,300
3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (III) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)1,77071,782,800
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)3,097102,436,100

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow