Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Xummiemu jirritorna fl-iskejjel: kampanja edukattiva favur iż-żamma tal-indafa pubblika

pr241310
Date Icon 07/08/2024

Bdew mill-ġdid sessjonijiet edukattivi fl-iskejjel waqt SkolaSajf, intiżi biex ikomplu jedukaw u joħolqu kuxjenza dwar l-indafa pubblika, bil-protagonist ewlieni fihom jkun il-karattru tant rinomat ma' dan is-suġġett, Xummiemu.


Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield żaru l-iskola ta' Wied il-Għajn waqt waħda minn dawn is-sessjonijiet.


F'dawn is-sessjonijiet, it-tfal jitgħallmu dwar l-importanza tar-riċiklaġġ, f'liema boroż għandhom jitqiegħdu materjali differenti, l-importanza li ma jintremix skart illegali u kemm idum biex materjali differenti jiddegradaw jekk ma jintremewx kif suppost. It-tfal kollha preżenti waqt dawn is-sessjonijiet jagħmlu wegħda li jsiru Xummiemu Rangers, fejn jwiegħdu li se jikkontribwixxu għall-missjoni ta' Xummiemu u jieħdu azzjoni jekk jiltaqgħu ma' xi rimi illegali.


Il-Ministru Clifton Grima faħħar din l-inizjattiva għaliex spjega l-importanza li bħala poplu, min età żgħira, nitgħallmu u ngħożżu l-ambjent ta' madwarna.

“Fl-iskejjel tagħna qed nagħtu edukazzjoni sħiħa li tfisser edukazzjoni li tkopri mhux biss il-kurrikulu, imma wkoll suġġetti li jwasslu lit-tfal biex ikunu ċittadini sħaħ. Iż-żamma tal-ambjent huwa suġġett li nedukaw dwaru wkoll. Huwa tajjeb li nuru lit-tfal l-importanza tal-ambjent li jmur lil hinn mid-dar tagħna," spjega l-Ministru Clifton Grima. Huwa sostna wkoll li miż-żjarat li jagħmel fl-iskejjel jaf kemm il-ġenerazzjoni tal-lum għandha għal qalbha l-ambjent.

“Għalhekk nemmen li din il-ġenerazzjoni se tkun ta' eżempju għalina biex aħna wkoll nagħmlu sforz akbar ħalli nifhmu li l-ambjent huwa parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum u għalhekk irridu nibżgħu għalih," temm jgħid il-ministru.


Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield spjega kif biex nieħdu ħsieb pajjiżna irridu nilħqu lil kulħadd. “Għalhekk qed nagħmlu dawn is-sessjonijiet mat-tfal. Irridu nrawwmu kultura ta' ndafa għaliex biex nieħdu ħsieb pajjiżna għandna bżonn sforz kollettiv mill-kbar u miż-żgħar."

Apparti fl-iskejjel, bħalissa għaddejja wkoll kampanja nazzjonali li tippromwovi l-indafa pubblika filwaqt li twassal għarfien dwar mezzi differenti li jeżistu biex iċ-ċittadin jirrapporta rimi illegali, fostom mill-app 'Clean and Upkeep' jew permezz ta' telefonata fuq il-linja 1718.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Xummiemu jirritorna fl-iskejjel: kampanja edukattiva favur iż-żamma tal-indafa pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Xummiemu jirritorna fl-iskejjel: kampanja edukattiva favur iż-żamma tal-indafa pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-INDAFA PUBBLIKA Xummiemu jirritorna fl-iskejjel: kampanja edukattiva favur iż-żamma tal-indafa pubblika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow