Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddejjin il-preparamenti biex tittella’ l-wirja agrarja ta’ Santa Marija f’Għawdex

pr241309
Date Icon 07/08/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar l-aħħar preparamenti b'rabta mal-wirja annwali tal-Biedja u Snajja, jew kif inhi magħrufa aħjar, il-Wirja ta' Santa Marija.

Il-wirja ser tinżamm fil-ġonna pubbliċi tal-Villa Rundle fir-Rabat u ser tiftaħ għall-pubbliku nhar it-Tlieta, 13 ta' Awwissu u tagħlaq il-Ħamis, 15 ta' Awwissu wara li jiġu preżentati l-premjijiet.

Il-Ministru Camilleri fakkar kif din il-wirja issa qed toqrob lejn il-170 sena minn meta saret l-ewwel darba. Kien lura fis-sena 1855, meta twaqqfet f'Għawdex is-Società Agricola e Industriale, li l-uffiċċju tagħha kien f'Nru 33, Strada Pietà (illum Triq Mons. Ġiuseppe Farruġia), ir-Rabat. Dakinhar, l-ewwel wirja agrarja kienet saret fl-iskola primarja tal-Gvern, fi Triq il-Vajrinġa.

Il-Ministru qal li din il-wirja twassal lill-pubbliku għarfien ikbar tal-prodotti friski u ġenwini tal-bdiewa u r-raħħala Għawdxin. Huwa elenka d-diversi taqsimiet li ser ikunu esibiti f'din il-wirja, li hija l-vetrina tal-gżira Għawdxija, għaliex fiha l-bidwi u r-raħħal jesebixxu l-aħjar prodotti tagħhom.

Fil-fatt, il-wirja ser tkun tikkonsisti f'diversi taqsimiet li juru l-prodott tipiku Għawdxi li jvarjaw minn annimali, ħxejjex, ċereali, u anke prodotti oħra ta' snajja'. Kull sena din il-wirja tiġbed numru kbir ta' esebituri kif ukoll ta' nies li jżuruha. Il-Ministru Camilleri tenna l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex li jibqa' jsostni din l-attività, anke għaliex hija l-aqwa riklam għall-prodott Għawdxi.

Għal sena oħra, id-dħul għall-wirja ser ikun bla ħlas.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddejjin il-preparamenti biex tittella’ l-wirja agrarja ta’ Santa Marija f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddejjin il-preparamenti biex tittella’ l-wirja agrarja ta’ Santa Marija f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddejjin il-preparamenti biex tittella’ l-wirja agrarja ta’ Santa Marija f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għaddejjin il-preparamenti biex tittella’ l-wirja agrarja ta’ Santa Marija f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow