Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Tmintax-il professjonist jingħataw Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju

PR241307
Date Icon 07/08/2024

Waqt ċerimonja, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju lil tmintax-il professjonist li jaħdmu fil-qasam tal-konservazzjoni u tar-restawr tal-patrimonju kulturali.

Dan iċ-Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju qiegħed jinħareġ għat-tieni darba mill-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi, li jfisser li sal-lum ingħataw dan iċ-ċertifikat total ta' 20 professjonist, u għandu l-għan li jirregola x-xogħlijiet relatati mal-attivitajiet marbuta mal-professjoni tal-konservaturi u tar-restawraturi u dan anke kif jistipula l-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali, Kapitlu 445.

Il-Ministru Owen Bonnici spjega li permezz ta' dan iċ-Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju mogħti mill-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi, l-abbiltajiet ta' dawn il-professjonisti qed jiġu rikonoxxuti.

Waqt li indirizza lill-konservaturi u lir-restawraturi, fil-preżenza tal-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi-Konservaturi, il-ministru saħaq li peress li x-xogħol ta' konservazzjoni u restawr ta' oġġetti ta' valur kulturali jeħtieġ li jsir bl-aħjar mezzi, materjal, galbu, u etika, l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jesiġi li biex wieħed iwettaq dan it-tip ta' xogħol jeħtieġ li jkollu Warrant jew Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju, maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.

Il-Ministru Owen Bonnici kkonkluda billi rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom tul iż-żmien, partikolarment liċ-Chairperson tal-Bord Dr Joseph Buttigieg u lill-kumplament tal-Bord li kien strumentali biex illum qed jirrikonoxxu dawn il-professjonisti billi jingħataw Ċertifikat ta' Ħila ta' Patrimonju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Tmintax-il professjonist jingħataw Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Tmintax-il professjonist jingħataw Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Tmintax-il professjonist jingħataw Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Tmintax-il professjonist jingħataw Ċertifikat ta’ Ħila ta’ Patrimonju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow