Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Sessjonijiet ta’ taħriġ dwar trasport sigur u sostenibbli organizzati minn Transport Malta waqt Skola Sajf

PR241294
Date Icon 02/08/2024

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura, u Xogħlijiet Pubbliċi, Chris Bonett, żar l-Iskola Medja u Sekondarja tal-Kulleġġ St Thomas More fiż-Żejtun fejn seta’ jsegwi s-sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati minn Transport Malta għat-tfal li jattendu SkolaSajf. Transport Malta qiegħda tagħmel dan biex iżżid aktar għarfien fost studenti żgħażagħ dwar modi differenti ta’ trasport u dwar is-sigurtà fit-toroq.  

Waqt din iż-żjara, il-Ministru Bonett irringrazzja lil Transport Malta talli organizzaw dan it-taħriġ filwaqt li enfasizza li dan jixhed l-impenn tal-Gvern biex irawwem drawwiet tat-trasport aktar siguri u sostenibbli minn età bikrija.

“Hija responsabbiltà tagħna li nedukaw lill-ġenerazzjoni li jmiss fuq l-użu ta’ diversi modi ta’ trasport, nippromwovu l-mixi, speċjalment f’distanzi qosra u li dejjem inkunu prudenti,” qal il-Ministru Bonett.

Min-naħa tagħha, Laura Galea, Assistant Manager Sustainability & EU Affairs minn Transport Malta, qalet li huwa importanti li minn età żgħira t-tfal jitgħallmu jintegraw id-diversi modi ta’ trasport, inklużi l-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku u l-carpooling, fil-ħajja tagħhom. B’hekk titrawwem esperjenza ta’ vjaġġar aktar effiċjenti u favur l-ambjent fil-ġenerazzjoni li jmiss.

Is-sigurtà fit-toroq kienet l-għan ewlieni ta’ dawn il-lezzjonijiet fejn l-istudenti ġew mgħallma dwar l-importanza li jaqsmu t-triq bl-aktar mod sigur, li jitlibbsu l-helmets waqt li jsuqu r-rota u li jirrispettaw is-sinjali tat-traffiku. Waqt dawn il-lezzjonijiet l-istudenti ngħataw ukoll taħriġ dwar is-sigurtà f’każ ta’ nirien, l-etika, u l-bijodiversità.

Is-sessjonijiet jinkludu workshops interattivi u attivitajiet oħrajn maħsuba biex jedukaw lill-istudenti dwar il-benefiċċji u l-importanza ta’ modi ta’ trasport differenti u dwar is-sigurtà fit-toroq. Dawn is-sessjonijiet se jkunu qed jiġu pprovduti lil aktar minn 1,500 student li jattendu Skolasajf.

Din il-kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-iskejjel tirrifletti l-missjoni tal-awtorità li tiżgura sistema ta’ trasport aktar sigura u sostenibbli għal kulħadd filwaqt li teduka l-ġenerazzjoni li jmiss.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Sessjonijiet ta’ taħriġ dwar trasport sigur u sostenibbli organizzati minn Transport Malta waqt Skola Sajf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Sessjonijiet ta’ taħriġ dwar trasport sigur u sostenibbli organizzati minn Transport Malta waqt Skola Sajf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow