STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI: Riżultati u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta – Awwissu 2024
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta ta’ Awwissu 2024. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta’ madwar €630.5 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta’ €270 miljun soġġett li s-somma tiżdied b’ammont addizzjonali sa massimu ta’ €130 miljun.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri mhux Professjonali (retail)
Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, il-31 ta’ Lulju 2024, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta’ madwar €102 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ, bi prezz fiss għal kull stock imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet, intlaqgħu kollha.
Id-dettalji tal-allokazzjoni f’kull stock se jiġu ppubblikati permezz ta’ stqarrija għall-istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li l-applikazzjonijiet ikunu ċċertifikati konformi mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.
It-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ ta’ €270 miljun b’konformità ma’ Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppubblikata fid-19 ta’ Lulju 2024.
Għaldaqstant, it-Teżor ser jalloka l-offerti mitfugħa fl-irkant kif jidher aktar ‘l isfel:
Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq, f’nofsinhar tal-Ġimgħa t-2 ta’ Awwissu 2024, it-Teżor irċieva 104 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b’valur nominali flimkien ta’ €528.5 miljun li ġew allokati kif ġej:
| Offerti sottomessi fl-Irkant | Allokazzjoni | |||
| Deskrizzjoni tal-istock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) (F.I.) | 35 | 170,500,000 | 10 | 82,000,000 |
| 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (III) | 69 | 358,000,000 | 31 | 204,000,000 |
| Total | 104 | 528,500,000 | 41 | 286,000,000 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-Istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN