Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr241286
Date Icon 01/08/2024

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħabbar żewġ ħatriet ġodda, bl-Inġinier Karl Farrugia li ġie maħtur Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja u s-Sa Roseanne Camilleri li ġiet maħtura Kap Eżekuttiv tal-Mental Health Services.

B'aktar minn għoxrin sena ta' esperjenza, l-Inġ. Karl Farrugia kellu diversi karigi fis-settur privat u  fl-2001 beda jaħdem mal-Ministeru għas-Saħħa bħala Biomedical Engineer. Fl-2007 inħatar bħala Direttur għall-Immaniġġjar u l-Loġistika tal-Materjali tal-Isptar Mater Dei, u fl-2011 inħatar bħala Kap Eżekuttiv tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU).

Matul il-pandemija tal-Covid-19, l-Inġ. Karl Farrugia inħatar ukoll mill-gvern biex jirrappreżenta lil Malta fil-Grupp ta' Azzjoni Strateġika tal-Akkwist Konġunt tal-Unjoni Ewropea. Fl-2022, huwa ngħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Is-Sa Roseanne Camilleri kienet strumentali biex tixpruna avvanzi sinifikanti fis-settur tal-kura tas-saħħa f'Malta. Mill-2017, hija serviet bħala Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja, wara għaxar snin tmexxi l-POYC (l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek). Hija gradwata b'MBA b'Distinzjoni mill-Università ta' Grenoble, kif ukoll ċertifikazzjoni postgraduate fl-immaniġġjar tal-isptar mill-Università ta' Birmingham. 

Hija sservi wkoll fi rwoli akkademiċi fosthom bħala Associate Dean fl-Università Queen Mary ta' Londra - Malta, li tirrifletti d-dedikazzjoni tagħha għall-edukazzjoni tal-kura tas-saħħa. Fl-2022, hija rċeviet Premju għar-Rikonoxximent ta' Inizjattiva Innovattiva fil-Med-Tech Summit World Awards u l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2021.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela awgura lill-Inġinier Karl Farrugia u lis-Sa Roseanne Camilleri għall-irwol il-ġdid tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow