Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Jibdew jiġu trattati l-ewwel pazjenti permezz tat-teknoloġija MR Linac

PR241281
Date Icon 31/07/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li din il-ġimgħa bdiet tintuża t-teknoloġija tal-MR Linac fuq l-ewwel pazjenti fl-Isptar tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo. It-teknoloġija tal-MR Linac hija kapaċi twassal radjoterapija direttament fl-organu marid bil-kanċer, fejn bi preċiżjoni millimetrika tamministra raġġi u tillimita l-ħsara lill-organi l-oħra tal-ġisem.

Ġie spjegat li l-professjonisti fl-Onkoloġija tħarrġu f’din it-teknika ġdida u minn nhar it-Tnejn li għadda, tliet pazjenti li jbatu bil-kanċer tal-prostata diġà rċevew dan it-trattament b’suċċess. Il-kanċer tal-prostata hija marda relattivament komuni f’pajjiżna, u l-Ministeru għas-Saħħa jħeġġeġ lill-irġiel kollha li jekk jinnutaw xi problemi relatati mas-sistema urinarja, għandhom minnufih jirrikorru għal parir mediku.

Il-Ministru Abela saħaq li tali screening huwa kruċjali sabiex it-tumuri fil-prostata jiġu kkonfermati fi stadju bikri u l-kura offruta twassal għal rata ta’ fejqan għolja.

Il-Ministru Jo Etienne Abela sostna wkoll li għalkemm din it-teknoloġija bħalissa qiegħda tintuża għall-kanċer tal-prostata, hemm il-ħsieb li d-Dipartiment tal-Onkoloġija jagħmel użu minnha wkoll għal tipi ta’ tumuri oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Jibdew jiġu trattati l-ewwel pazjenti permezz tat-teknoloġija MR Linac
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow