Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Chairperson ġdida għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

PR241280
Date Icon 31/07/2024

Il-Professur Odette Vassallo qed tiġi appuntata Chairperson tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Il-Professur Vassallo għandha esperjenza vasta fis-settur edukattiv u hija gradwata fl-Ingliż mill-Università ta' Malta. Kisbet Masters u Dottorat fil-Lingwistika mill-Università ta’ Nottingham, l-Ingilterra u hija ċ-Chairperson tal-Bord tal-MATSEC.

Hija se tkun qed tieħu post is-Sur Alfred Camilleri, li wera x-xewqa li ma jkomplix fil-kariga.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar il-kontribut kbir li ta s-Sur Camilleri lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u saħaq li s-Sur Camilleri kien, għadu u jibqa’ ħabib sinċier u leali tas-settur artistiku u kulturali. Il-Ministru Bonnici qal li s-Sur Camilleri, fiż-żmien li okkupa l-kariga ta’ Chairperson tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, wettaq bidliet importanti li se jservu ta’ bażi għall-ħidma li jmiss.

Il-Ministru Bonnici rringrazzja lill-Professur Vassallo talli aċċettat li sservi lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fil-kariga ta’ Chairperson u sostna li bil-ħidma u l-esperjenza tagħha se tissaħħaħ bil-kbir ir-rabta bejn l-Orkestra u l-qasam edukattiv, liema rabta hi mill-iktar essenzjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Chairperson ġdida għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow