STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR
B'reazzjoni għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni, huwa tal-mistħija kif l-Oppożizzjoni qed tipprova tippolitiċizza inċident li seħħ fuq post tax-xogħol u li wassal għal mewt traġika. F'każ tant delikat u sensittiv, il-Ministeru jappella għall-politika matura u jtenni li hemm proċess li għaddej il-Qorti u huwa dan il-proċess li jrid jistabbilixxi l-ġustizzja u l-ebda forum ieħor.
Filwaqt li l-perkors tal-ġustizzja ikompli għaddej, il-Ministeru jappella għall-prudenza biex il-każ ma jkunx preġudikat. Barra minn hekk, l-ebda ħaddiema tal-WasteServ m'għandu jkun suġġett għal logħba politika partiġġjana. Din hija attitudni insensittiva fil-konfront tal-ħaddiema li tilfu kollega, u fil-konfront tal-vittma nnifsu.
Il-Ministeru jappella biex il-proċess tal-ġustizzja jitħalla jitkompla mingħajr indħil.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN