Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Awguri lil Team Malta fl-Olimpjadi ta’ Pariġi – il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa’ mal-kontinġent Malti

pr241262
Date Icon 26/07/2024

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma' martu Dr Lydia Abela ltaqgħu mal-kontinġent Malti għall-Olimpjadi 2024 f'Pariġi.

Ftit tas-sigħat qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi, li l-Prim Ministru qed jattendi għaliha fuq stedina tal-President Franċiż Emmanuel Macron u l-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach, Dr Abela tkellem ma' atleti Maltin u awguralhom għal din l-esperjenza f'dan l-avveniment sportiv dinji. Fil-villaġġ għall-atleti li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi f'Pariġi, il-Prim Ministru Robert Abela żied jgħid li l-appoġġ tal-Gvern fl-isport se jibqa' għaddej b'mod b'saħħtu biex partikolarment nibqgħu ninvestu fl-atleti u fl-infrastruttura sportiva ta' pajjiżna.

Il-Prim Ministru Robert Abela mhux biss awgura lill-atleti biex b'determinazzjoni iwasslu prestazzjoni għalihom infushom u għal pajjiżna iżda saħaq li l-ispirtu ta' Team Malta u għaqda li jġib miegħu l-isport hemm warajh l-atleti ta' pajjiżna, li huma l-protagonisti u jixirqilhom kull sostenn.

Team Malta f'dawn l-Olimpjadi hu kompost mill-atleti Katryna Esposito (judo), Beppe Grillo (atletika) Kyle Micallef (għawm), Sasha Gatt (għawm) u Gianluca Chetcuti (sparar). Chetcuti u Gatt se jġorru l-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' dawn il-Logħob li se ssir il-Ġimgħa filgħaxija.

Il-Prim Ministru Robert Abela u Dr Lydia Abela tkellmu wkoll mal-bqija tal-kontiġent Malti fosthom il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello u ċ-Chef de Mission ta' Malta f'dawn l-Olimpjadi Paul Sultana.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Awguri lil Team Malta fl-Olimpjadi ta’ Pariġi – il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa’ mal-kontinġent Malti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Awguri lil Team Malta fl-Olimpjadi ta’ Pariġi – il-Prim Ministru Robert Abela jiltaqa’ mal-kontinġent Malti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow